Ekonomija u Finanzi
Mill-ġimgħa d-dieħla se jitqassmu mad-€9 miljuni fi ħlasijiet taċ-Childrens’ Allowance

Fil-15 ta’ Dicembru l-Gvern ser iħallas iċ-children’s allowance lill-42,000 familja li bejnithom għandhom 63,000 wild. L-ispiza ser tkun kważi €9 miljun għall-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla li tinkludi ż-żieda li tħabbret fil-budget.

Il-Ministru Michael Falzon qal li l-iktar żieda ser jeħduha dawk il-familji li għandhom dħul ta’ anqas minn €20,000. Minn dawn hemm 8,100 familja li ser jieħdu żieda sa massimu ta’ €96 ewro fis-sena għal kull wild.

Dr Falzon qal li 1,330 familja ser jingħataw żieda ta’ €260 fis-sena fl-allowance għal Tfal b’Diżabilità filwaqt li l-allowance tal-foster care ser tiżdied b’1,560 fis-sena jiġifieri minn €70 fil-ġimgħa għall-€100. Il-Ministru Falzon qal li l-Gvern irid li l-ebda tifel jew tifla ma jgħix fil-faqar jekk għandu ġenitur wieħed jaħdem bil-għan li tinħoloq ġustizzja soċjali u s-soċjetà tgħix il-kunċett ta’ Prosperity with a Purpose.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Aktar