Unjoni Ewropea
Mill-Ħadd li ġej tibda tiffunzjona l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida

Helena Dalli se tkun qed tirriżenja mill-Parlament nazzjonali biex tieħu postha bħala Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza, hekk kif il-kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej se jassumi l-funzjonijiet għall-ħames snin li ġejjin min-nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru.

Dan wara li llum il-Parlament Ewropew approva l-Kummissarji l-ġodda, ippreżentati lill-plenarja mill-President elett tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen. Wara l-vot, il-Kulleġġ tal-Kummissarji l-ġdid ġie approvat b’461 voti favur, 157 kontra u 89 astensjoni.

Fid-dikjarazzjoni tagħha, il-President elett tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, tenniet l-impenji li hija kienet ħadet fil-plenarja tal-Parlament f’Lulju, u tal-Kummissarji magħżula matul il-proċess ta’ smigħ.

Hija enfasizzat li kienet ser taħdem mill-qrib mal-Parlament u tonora l-wegħdiet li kienet għamlet, waqt li kkonfermat ukoll serje ta’ bidliet fil-portafolji li l-Parlament kien talab wara s-smigħ tal-Kummissarji nominati.

Qabel l-elezzjoni, il-gruppi politiċi kellhom laqgħat qosra biex jiddeċiedu dwar kif kienu ser jivvutaw. Dawn il-laqgħat kienu segwiti minn dikjarazzjonijiet mill-mexxejja tal-gruppi politiċi fil-plenarja.

Ir-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-Kummissjoni hija l-ogħla li qatt kienet, fejn barra mill-President elett, il-Kummissjoni hija komposta minn 11-il mara u 15-il raġel.

Issa jmiss li l-Kummissjoni l-ġdida tinħatar formalment mill-kapijiet ta’ stat jew gvern tal-UE. Il-mandat ta’ ħames snin huwa mistenni li jibda fl-1 ta’ Diċembru.

Fuq livell nazzjonali, il-Kummissjoni Elettorali se tkun qed tħabbar elezzjoni każwali biex jimtela s-siġġu ta’ Dr Dalli ġaladarba tirċieva notifika tar-riżenja tagħha mill-Kamra tad-Deputati.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar