Barranin
AĠĠORNAT: Jitilgħu għal 14 il-mejta wara li cable car waqgħet fit-Tramuntana tal-Italja

Mill-inqas erbatax-il persuna nqatlu wara li cable car waqgħet qrib ix-xmara Maggiore fit-Tramuntana tal-Italja. Persuna oħra indarbet serjament.

Il-cable car tgħaqqad lir-raħal pittoresk ta’ Stresa li jinsab biswit ix-xmara Maggiore mal-muntanja Mottarone, u l-cable car titla’ sa 1400 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar waqt vjaġġ li jieħu mal-20 minuta.

Il-kelliem għal dawk li jipprovdu s-servizzi ta’ emerġenza qal li l-inċident huwa wieħed serjissimu u żewġt itfal kellhom ikunu trasportati bil-helikopter lejn sptar pedjatriku fil-belt ta’ Turin, b’wieħed minnhom jitlef ħajtu.

Il-cable car waqgħet minn distanza għolja u nstabet mgħaffġa fil-foresta. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Taljana Ansa, il-cable car kienet qed tittrasporta 11-il persuna qabel l-inċident.

Il-lift kien għadu kif beda jopera wara l-miżuri restrittivi tal-Covid.