Stejjer Umani
Mill-kamra tas-sodda jipproduċi l-make-up għal suċċess internazzjonali

Għandu 19-il sena u mill-kamra tas-sodda fid-dar rnexxielu joħloq l-ewwel ditta tal-make-up Maltija. Henry Galea jistqarr li l-ħolma tiegħu hi li jirnexxilu jagħmel din id-ditta Maltija popolari daqs l-aqwa ditti tal-make-up li jinbiegħ fid-dinja.

Mill-kamra ċkejkna fid-dar fejn jgħix mal-familja, Henry Galea ta’ 15-il sena beda jesperimenta fuq kuluri u ingredjenti biex jikkrea l-make-up.

Henry Galea qal “il-ħajra bdiet meta rajt li Malta m’hawnx ditta tal-make-up Maltija, hawn ħafna ditti barranin, u ridt li Malta tagħmel isimha fil-beauty industry”.

Henry rnexxielu jipproduċi make-up għall-għajnejn minn ingredjenti li la huma magħmula mill-annimali u lanqas ittestjati fuq l-annimali. Ipproduċa wkoll sensiela ta’ prodotti oħra tas-sbuhija li jippruvuhom fuqu stess.

Henry qal “ma kinitx triq faċli, domt 3 snin nipperfezzjona l-formula tal-lipsticks u eye shadows..trid tixtri raw ingredients tħallat il-formula, it’s trial and error ħafna”.

Henry qal li jagħmel il-make-up tal-kantanta Ingliża Sonique, li ltaqa’ magħha meta għamlet music video f’Malta u bħalissa flimkien ma’ fabbrika f’Malta se jkabbar il-produzzjoni tiegħu biex jesportahom.

Qal “ħames snin oħra nimmaġinani b’ditta kbira li tikkompeti ma’ ditti barranin..u li n-nies jieħdu eżempji minni”.

Bil-pinzell u ħafna kuluri differenti, Henry jemmen li jinsab fit-triq li jibda futur ta’ suċċess fid-dinja tas-sbuħija.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Elezzjoni

Mis-sala tal-għadd tal-voti, dawk preżenti jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-vot – fejn il-voti li warrbu l-iscanners iridu jiġu aġġudikati mir-rappreżentanti tal-partiti fejn jieħdu deċiżjoni finali fuqhom. Il-proċess tat-35,00o vot aġġudikati jitlob…

Aktar