Annimali
Mill-qatla għal fuq sufan ixxamplat

Il-kelb tar-razza Whippet, li lbieraħ ittieħed għand veterinarju biex jitraqqad l-għaliex sidu kien se jitlaq minn Malta, sab min jaddottah.

Ruħ tajba tħassret lill-kelb anzjan wara li rat l-istorja tiegħu li nxterdet fuq il-midja soċjali fejn, il-veterinarji tal-klinika fejn ittieħed irrifjutaw li jraqduh.

Jidher li l-kelb adatta ġmielu fid-dar il-ġdida tiegħu, hekk kif jixhed ir-ritratt, jinsab għal qalbu xxamplat fuq is-sufan.

Dawk li ħadu ħsiebu sakemm instablu sid ġdid qed jittamaw li din l-istorja tqajjem kuxjenza dwar kemm hemm klieb anzjani bħalu li għadhom qed jistennew fis-santwarji għal ftit ħniena u mħabba.

Kienu bosta li esprimew ir-rabja tagħhom għall-aġir irresponsabbli tas-sid u ħafna kkummentaw li l-annimali domestiċi qatt m’għandhom jiġu abbandunati jew jitraqqdu l-għaliex isiru parti mill-familja.

Ara wkoll:

Veterinarji qed jirrifjutaw li jraqqdu lil dan il-kelb

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar