Qorti
Mill-Qorti: Lorin Scicluna u Francesco Fenech qed jiffaċċjaw 14-il akkuża

Fil-Qorti, bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra ż-żewġ suldati akkużati bil-qtil fis-6 ta’ April li għadda ta’ Lassine Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju.

Lorin Scicluna ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid u Francesco Fenech ta’ 21 sena minn Wied il-Għajn, jinsabu akkużati wkoll bl-attentat ta’ qtil ta’ Ibrahim Bah mill-Guinea u ta’ Mohammed Jallaw mill-Gambia li seħħ dak inhar li nqatel Souleymane fi Triq tal-Ġebel Ħal Far.

Huma jinsabu akkużati wkoll li fl-1 ta’ Frar ippruvaw joqtlu lil May Malimi miċ-Chad meta fl-istess triq tajruh bil-karozza u baqgħu sejrin. Fost l-akkużi kontra Scicluna u Fenech hemm ukoll li wettqu dawn ir-reati b’mottivi razzjali.

L-14-il-akkuża li qed jiffaċċjaw l-akkużati jinkludu li dakinhar tad-delitt u fix-xhur ta’ qabel qalu jew kitbu kliem ta’ mibgħeda razzjali, li qatlu qtates u għasafar u li f’okkażjoni oħra sparaw f’post abitat. Huma jinsabu mixlija wkoll li bħala uffiċjali pubbliċi kellhom jaraw li dawn ir-reati ma jseħħux filwaqt li Scicluna waħdu jinsab akkużat ukoll li kiser il-libertà kundizjonata mogħtija mill-Qorti fuq każ ieħor.

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda qed tinstema’ mill-Maġistrat Ian Farrugia. L-Ispettur Keith Arnaud qed imexxi l-prosekuzzjoni. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Julian Farrugia qed jidhru għal Lorin Scicluna filwaqt li l-avukat Giannella DeMarco qed tidher għal Francesco Fenech. L-avukati Arthur Azzopardi u Alfred Abela qed jidhru parte ċivili għall-vittmi.

Ara wkoll:

Għattew lil Lassine b’liżar u baqgħet tinstema’ l-mużika…

Ma sabux qattus fuq xiex jisparaw u minflok laqtuha l-immigranti

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-regoli Ewropej ma jippermettux lil Malta biex tagħmel kontrolli estensivi fil-fruntiera. Huwa rrikonoxxa l-kompetizzjoni inġusta li qed jesperjenzaw in-negozji ż-żgħar minħabba kuntrabandu li jidħol…

Immigrazzjoni

Il-vapur Ocean Viking, operat mill-għaqdiet mhux governattivi SOS Medieranee u Medecins Sans Frontieres, salva 36 immigrant ieħor minn fuq dgħajsa tal-injam li kienet f’diffikultà fl-ibħra Maltin. Kelliema għall-Forzi Armati qalet…

Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Aktar