Lokali
ARA: Min favur u min kontra – jgħidu tagħhom fuq il-liġi tal-IVF

Lejlet il-ftuħ tad-dibattitu fil-Parlament dwar l-emendi għal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun diġà jidher ċar li l-emendi qanqlu bosta kontroversji.

Il-Life Network Foundation qed toġġezzjona bil-qawwa kontra dawn l-emendi. Iċ-chairman tal-Fondazzjoni, Dr Miriam Sciberras, tgħid li l-emendi jibdlu l-ispirtu tal-liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun. Hija argumentat prinċipalment kontra l-iffriżar tal-embrijuni u l-fatt li anke rġiel u nisa li mhumiex f’relazzjoni u jgħixu għal rashom ser ikunu jistgħu jagħmlu tarbija għalihom bl-IVF bid-donazzjoni taċ-ċelloli riproduttivi.

“L-oġġezzjoni prinċipalment għal dawn l-emendi huma emendi li jagħmlu oġġetti mit-tfal. Li l-interess ta’ tfal li jitwieldu min din, wara, mhumiex qegħdin jigu kkunsidrati assolutament,” qalet Dr Sciberras. “L-ewwel darba li qed nintroduċu single mother by choice, mela fejn qabel dawk in-nisa li jkollhom tarbija u li m’għandhomx il-missier, illum huma każijiet li l-Gvern jgħinhom, issa f’daqqa waħda bħala kunċett qed ngħidu li hija ħaġa tajba u sana li tipromwoviha. Hemm ukoll unknown father by choice, li hija tat-twerwir anke tgħidha. Qegħdin inbiegħu lin-nies bħala ugwaljanza, meta fil-verità, l-iktar vulnerabbli, it-tfal li ser jitwieldu minn hemm, ħadd m’hu qed jagħti kas id-drittijiet tagħhom.”

Mill-banda l-oħra, Dr Mark Sant konsulent dwar l-IVF fl-isptar Mater Dei jgħid li għalkemm l-emendi proposti jagħmlu pass il’ quddiem biex il-kura tar-riproduzzjoni assistita tkun tista’ tilħaq ħafna aktar ġenituri prospettivi, wera d-diżappunt tiegħu li bl-emendi ser ikunu jistgħu jiġu feritilizzati sa ħames bajdiet biss.

“Il-fatt li ser inkunu nistgħu nifertilizzaw iktar bajd, huwa ta’ benefiċċju kbir, għalkemm, mhux daqs kemm xtaqna aħna, aħna xtaqna li l-emendi kif kienu ser isiru apparagun ta’ dak li qed jiġri fil-bqija tal-Ewropa. L-argumenti li għandi fuq il-proposti li hemm, huma iktar fuq għax nixtieq xi ħaġa iktar jew għax nagħmel fine tuning tal-affarijiet, definittivament mhijiex li jiena nixtieq ineħħihom jew b’xi mod nirristrinġi, minn dak li hemm, anzi nixtieq inżid,” qal Dr Sant.

Dr Sant żied jgħid li anke b’dawn l-emendi, numru ta’ nisa infertili xorta mhux ser ikunu jistgħu jingħataw servizz Malta u jkollhom ifittxu kura f’pajjiżi oħrajn. TVM huwa infurmat li fil-fatt nisa Maltin qed imorru għal trattament minħabba infertilità, prinċiplament fi Spanja u f’Ċipru, minħabba li f’Malta bil-liġi kif inhi ma jistax jingħata.

Id-diskussjoni sħiħa, bil-parteċipazzjoni tal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, tixxandar illejla fil-programm Disett fl-10.10pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar