Lokali
Min hi Charmaine Gauci?

Il-Professur Charmaine Gauci, barra tgħallem dwar il-qasam tas-saħħa pubblika fl-Università ta’ Malta, hija wkoll is-Supertendent għas-Saħħa.

Hija speċjalizzat fl-oqsma tas-saħħa pubblika, l-epidemoloġija u l-mard infettiv kif ukoll nediet kampanja dwar il-konsum tal-ikel.

Il-Professur Gauci ħadet sehem ukoll f’għadd ta’ laqgħat tal-WHO f’dak relatat ma’ policy fil-qasam tas-saħħa.

Hija ggradwat bħala Tabiba fl-1991 fejn kompliet biex tispeċjalizza fil-qasam tas-saħħa pubblika, nutrizzjoni u l-eżerċizzju fiżiku. Kisbet Dottorat fl-epidemoloġija fl-2006.

Il-Professur Gauci kienet tokkupa l-kariga ta’ Direttur għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard għal 9 snin qabel ma nħatret Supertendent għas-Saħħa Pubblika.

Hija membru attiv f’diversi għaqdiet mediċi fosthom l-Assoċjazzjoni tal-Mediċina għas-Saħħa Pubblika, il-WHO u l-Military and Hospitaller Order of St Lazarus of Jerusalem: Malta Grand Priory.

Il-Professur Gauci hija kommessa li tibqa’ taħdem għas-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar