Lokali
Min hu l-ewwel Qaddis Malti San Publiju jew San Ġorġ Preca?

Minn żmien għal żmien tqum il-kontroversja ta’ min hu l-ewwel Qaddis Malti, jekk hux San Publiju jew San Ġorġ Preca.

Waqt TVAM, Frans Said qal li l-ewwel Qaddis Malti huwa San Publiju. Huwa spjega li San Publiju kien Malti u evidenza ta’ dan huwa li Malta kienet muniċipju u min imexxiha ried ikun Malti.  Frans żied jgħid li fl-1954 kien ħareġ ktieb approvat mill-Knisja li jagħti lista tal-Qaddisin u fosthom kien hemm San Publiju.  Qal li d-devozzjoni lejn San Publiju keinet kbira u xhieda ta’ dan huma d-diversi kappelli li hawn iddedikati għalih.

Min-naħa tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna qal “Dun Ġorġ Preca huwa l-ewwel Qaddis Malti kanonizzat. Il-qima lejn San Publiju bħala patrun ta’ Malta ġiet rikonoxxuta fl-1622. San Publiju qatt ma kien ikkanonizzat għaliex il-Qaddisin li nsibu fl-Iskrittura m’għandhomx bżonn ikunu kkanonizzati. San Publiju huwa l-ewwel Malti magħruf u miqjum bħala Qaddis. San Ġorġ Preca huwa l-ewwel Malti kkanonizzat. Il-kanonizzazzjoni tapprova l-qima fid-dinja Katttolika”.

Madankollu Frans Said ma qabilx ma’ dan u qal li San Publiju kien għadda minn proċedura ta’ kanonizzazzjoni fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Int x’taħseb min hu l-ewwel Qaddis Malti?

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar