Lokali
ISMA’: Min jaf x’kellhom xi jgħidu l-President u Salvu ta’ Kemmuna?

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-gżira ta’ Kemmuna fejn iltaqgħet ma’ Salvu Vella u ma’ ħutu. Hija ltaqgħet ukoll mad-diriġenti u mal-istaff ta’ Comino Hotel.

Ma’ TVM Salvu qal li jħossu onorat biż-żjara tal-President, għax hija l-ewwel President li qatt marret iżurhom f’darhom. Qal li l-President marret darbtejn u qal li din iż-żjara kienet isbaħ għax kienet aktar trankwilla.

Salvu qal li tkellmu fuqhom u fuq Kemmuna b’mod partikolari minħabba li qed ikun hemm ħafna nies u kif dan jista’ jiġi kkontrollat.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar