Lokali
Min jaqsam bl-addoċċ, għandu jkun penalizzat?

Ir-regolamenti tat-triq u l-obbligi tan-nies li jimxu fit-triq ser jibqgħu biss parir jew ser jinbidlu biex jidħlu multi kif ħeġġet l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera meta appellat lill-leġislatur jikkunsidra l-introduzzjoni ta penali għal min jaqsam it-triq bl-addoċċ. Il-Prokuratur Legali Peter Paul Zammit stqarr li jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Ma’ TVM, Dr Zammit qal iżda li l-ewwel għandha ssir kampanja edukattiva biex in-nies fit-triq jifhmu l-obbligi tagħhom għaliex sostna li l-multi waħedhom ma jsolvux l-problema.

Peter Paul Zammit qal “għandna l-bżonn li nirregolaw, mhux biex inwaħħlu l-multi, imma biex l-affarijiet imorru aħjar u biex ikun hemm inqas inċidenti ta’ din in-natura.”

Il-Highway Code diġà jaħseb fuq id-doveri mhux biss tas-sewwieqa iżda anke tan-nies fit-triq b’sensiela ta’ pariri biex wieħed jevita l-inċident fosthom l-użu tas-subways, iż-żebra crossing u l-pelican crossing u anke li wieħed ma jaqsamx minn wara vetturi wieqfa.

Hawn min ma jobdiex dak li hemm miktub fil-highway code, u wisq inqas jaf x’hemm miktub fih. Dan fl-istess waqt li ma teżistiex liġi li tippermetti li min jaqsam bl-addoċċ jeħel tip ta multa. Dak li jien qed nagħmel bħalissa jissejjaħ Jaywalking .. li tfisser meta wieħed jaqsam it-triq f’manjiera perikoluża. F’ħafna pajjiżi Ewropej huwa llegali li tagħmel dan u hemm multi, f’Malta mhux.

Dr Zammit qal li f’dan ir-rigward hemm bzonn reviżjoni tal-Highway Code biex ma jiqafx biss mal-pariri għan-nies fit-triq.

“Mela rridu nagħmlu offiża, reat, kontravenzzjoni jew iġorr penali amministrattiva biex il-pedestrian ikun jirrispondi din il-multa amministrattiva għan-nuqqasijiet tiegħu” qal Dr Zammit.

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, 94 persuna ttajru minn vettura waqt li kienu fit-triq. Minnhom, 3 persuni tilfu ħajjithom u 40 persuna ohra sofrew ġrieħi gravi.

Sadanittant, il-Bicycle Advocacy Group qal fi stqarrija li din id-diskussjoni għandha tkopri ukoll l-infrastruttura fit-toroq u l-bankini għax sostna li hemm kazijiet meta din toħloq perikli għan-nies fit-triq.

Ara wkoll:

Il-BAG imħassba dwar il-proposta ta’ multi għal dawk li ma josservawx ir-regoli waqt li jkunu mexjin

 

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Qorti

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom. L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi…

Infrastruttura

Minkejja li normalment fil-ġimgħa ta’ Santa Marija ħafna negozji u ħaddiema jieqfu għal ftit mistrieħ, Infrastructure Malta xorta waħda baqgħet għaddejja bil-bini tal-ewwel flyovers tal-Marsa Junction Project. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar…

Aktar