COVID-19
AĠĠORNAT: Min jgħix ma’ persuni vulnerabbli mhux intitolat għal-leave ta’ kwarantina

Idealment persuni li jgħixu ma’ nies vulnerabbli għandhom jiżolaw ruħhom ukoll u ma joħorġux mid-dar. Dan qalitu il-Professur Charmaine Gauci waqt konferenza stampa llum dwar il-Covid-19.

Iċċarat li dawn il-persuni li jgħixu ma’ anzjani ta’ iktar minn 65 sena jew ma’ persuni vulnerabbli, mhumiex intitolati għal-leave ta’ kwarantina.

Jekk ma hemm l-ebda flessibbiltà li l-persuna taħdem mid-dar u/jew ikollha għajnuna għax-xiri tal-ikel u mediċini minn terzi persuni, dawn il-persuni jistgħu joħorġu għax-xogħol u biex jixtru.

Id-dettalji ta’ persuni anzjani li jeħtieġu li jibqgħu joħorġu, bħall-bdiewa, biex jingħataw eżenzjoni, se jiġu evalwati minn fuq sistema li se titħabbar fil-ħin li ġej.

Gepostet von Television Malta am Freitag, 27. März 2020

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jrid politika tal-perswazjoni u mhux tal-arroganza u qal li l-partit għandu jgħaraf li fejn żbalja waqt li għandu l-obbligu li jibni fuq it-tajjeb…

Kronaka

Raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi jinsab midrub gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding ta’ madwar żewġ sulari. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Misraħ Forok, ir-Rabat. Il-Pulizija…

Immigrazzjoni

L-ekwipaġġ tal-bastiment Europa II jinsab għall-kenn wara t-tanker CURACAO ‘l barra mill-ponta tal-Jerma f’Wied il-Għajn wara li l-ekwipaġġ Malti kellu jabbanduna l-pożizzjoni tiegħu mat-13-il mil ‘il barra minn Malta, minħabba…

Aktar