Eurovision
Min jirbaħ l-XFactor se jerġa’ jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest

Il-PBS tikkonferma għal darb’oħra il-parteċipazzjoni tagħha fil-Eurovision Song Contest li huwa xow televiżiv annwali b’kompetizzjoni għall-aħjar kanzunetta bejn l-istazzjonijiet televiżivi membri tal-European Broadcasting Union (EBU).

Il-parteċipant Malti, għas-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jittella’ bejn it-12 u s-16 ta’ Mejju 2020 f’Rotterdam fl-Olanda, se jkun ir-rebbieħ ta’ XFactor Malta.

Il-finalisti li jgħaddu mid-diversi fażijiet tal-programm, f’Jannar li ġej se jikkompetu f’ammont ta’ shows imxandra dirett kull nhar ta’ Ħadd fuq TVM.

Is-serata finali li tiddetermina r-rebbieħ jew rebbieħa tittella’ nhar is-Sibt 8 ta’ Frar.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar