Saħħa
Min jista’ jieħu l-aspirina?

Pazjenti li kellhom puplesija kkawżata minn emoroġija fil-moħħ jistgħu jieħdu l-aspirina biex inaqqsu r-riskju li jerġgħu jsofru minn puplesija jew problemi f’qalbhom.

L-aspirina traqqaq id-demm u t-tobba kienu kawti biex jagħtuha lill-pazjenti, minħabba li kienu qed jibżgħu li jiżdied ir-riskju ta’ emoroġija fil-moħħ.  Iżda studju ta’ The Lancet juri kif l-aspirina ma żżidx ir-riskju anzi tnaqqsu.

Esperti qalu li din l-indikazzjoni li għandhom teħtieġ tiġi kkonfermata b’iktar riċerka u qed jagħtu parir li pazjenti jieħdu l-aspirina kuljum jekk tkun irrakkomandata mingħand it-tabib.

L-aspirina tittieħed l-iktar biex ittaffi l-uġiegħ u kultant tittieħed ukoll biex tbaxxi d-deni.  Iżda doża baxxa ta’ 75mg tintuża wkoll biex traqqaq id-demm u tippreveni mill-attakki tal-qalb u l-puplesija.

Il-parti l-kbira tal-każi ta’ puplesija jseħħu minħabba li jistaddu l-vini tal-moħħ, li xi kultant jikkawżaw dmija.  Iżda minħabba li l-aspirina traqqaq id-demm, xi kultant pazjenti joħorġilhom id-demm iktar faċilment.

L-aspirina madanakollu mhix sigura għal kulħadd.  Tista’ tikkawża indiġestjoni u f’każi rari twassal għal ulċeri fl-istonku.  Qatt ma tista’ tittieħed mit-tfal li għandhom taħt is-16-il sena, sakemm mhux preskritta mit-tabib.

Biex tevita attakk ta’ puplesija, trid tiekol dieta sana, tagħmel l-eżerċizzju regolarment, ma tpejjipx u tevita ħafna alkoħol.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit, beda s-smigħ tal-appell imressaq quddiem il-Qorti Suprema tar-Renju Unit, li fi żmien tlett ijiem trid tagħti deċiżjoni dwar jekk il-Prim Ministru Boris Johnson setax jisssospendi l-Parlament. Dan wara…

Barranin

L-uffiċjali tal-Guardia Costiera Lucia Licciardi u Leopoldo Manna ġew akkużati bi qtil ta’ 268 persuni fosthom 60 tifel u tifla wara li naqsu milli jaqdu dmirijiethom. Il-każ imur lura għall-11…

Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Aktar