Festi
Min jixxala u min jaħdem f’Santa Marija…

Bdiet il-ġimgħa ta’ Santa Marija, dik il-ġimgħa fost l-aktar sħan fis-sena li matulha r-ritmu tas-soltu jbatti xi ftit. Il-pass aktar kajman tal-ħajja iżda mhux għal kulħadd.

Mil-lum it-traffiku kien aktar mexxej mis-soltu għax ħafna postijiet tax-xogħol jagħlqu għax-shut down tas-sajf u ħafna ħaddiema bdew igawdu jiem ta’ mistrieħ.

Għall-ħaddiema oħra, ir-rutina tax-xogħol ma tieqafx speċjalmejt jekk jaħdmu f’servizzi essenzjali li la għandhom sajf u lanqas xitwa. Hemm ukoll ħafna ħaddiema fil-ħwienet.

Marisa Moore, li taħdem bħala sales assistant qalet “Aħna nibqgħu għaddejjin. Bħala ħanut ma jkunx daqshekk busy bħall-bqija ta’ matul is-sena għax ikun hemm min isiefer, ma tantx ifittex li jixtri minn ħwienet bħal matul is-sena.”

Kompliet tgħid li kuntrarju għall-ħwienet f’Malta, dawk f’Għawdex matul din il-ġimgħa jkunu beżlin ħafna minħabba li ħafna Maltin jitilgħu Għawdex f’dawn il-jiem għal Santa Marija.

Rosalyn Zampa, Sales Assistant qalet “fejn is-soltu jkun aktar kwiet, din il-ġimgħa naraw aktar konkorrenza għall-fatt li jkun hawn aktar nies bil-holidays u jkollhom aktar ħin fuq idejhom biex jagħmlu xi ftit xiri li jkunu jixtiequ biex igawdu dawn il-vaganzi li għandhom. Min-naħa tagħna, min jaħdem ġo ħanut ma jħarisx lejha b’dak il-mod. Din il-ġimgħa tkun aktar maqbuda u ma tkunx tista’ tkompli mal-kumplament tal-familja li jkollhom il-holidays tkun magħhom ukoll.”

Kompliet tgħid li hi qiegħda hemmhekk għas-servizz tan-nies u tiftaħ il-ħanut sabiex taqdihom filwaqt li l-btajjel tagħha teħodhom fil-ġimgħat ta’ wara Santa Marija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Żewġ pantomimi bil-Malti qed joffru angolaturi u perspettivi kreattivi b’esperjenzi uniċi għall-udjenzi. TVM tkellem mad-diretturi ta’: “L-Imbuljuta, Pantomima fid-Dlam” u l-pantomima “Ħax-Xjuħ” li hi l-ewwel produzzjoni tax-xorta b’kast u krew…

Lokali

Għall-20 sena konsekuttiva, is-soċjetà Die Cast and Scale Model, qed torganizza l-wirja annwali u magħha qed jingħaqdu għaqdiet oħra bil-wirjiet rispettivi tagħhom. L-iżgħar membru għandu 11-il sena u l-aktar anzjan…

Qorti

Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma…

Aktar