Teknoloġija
Min kien fil-mira tal-attakk virtwali fuq WhatsApp?

Il-hackers irnexxielhom jistallaw software li jissorvelja t-telefowns ċellulari u aġġeġġi oħrajn meta jużaw il-WhatsApp.

Din l-app li hija propjetà tal-Facebook ukoll qalet li kienet fil-mira ta’ attakk fuq numru selettiv ta’ utenti u kien orkestrat minn xi ħadd li jaf sew kif juża t-teknoloġija.

Din il-kwistjoni ġiet solvuta nhar il-Ġimgħa, tant li lbieraħ WhatsApp ħeġġeġ lill-1.5 biljun persuna li jużawh biex jaġġornaw l-app bi prekawzjoni.

Skont rapport tal-Financial Times, l-attakk ġie żviluppat minn ditta Iżraeljana tas-sigurtà NSO Group.  WhatsApp sar konxju tagħha fil-bidu ta’ Mejju.

Din l-app tippromwovi li hija l-iktar mezz sigur ta’ komunikazzjoni minħabba li l-messaġġi huma viżibbli biss bejn min jibgħathom u min jirċeviehom (encrypted) u suppost li l-kontenut jibqa’ mistur bejniethom.

Madanakollu, dan is-software li nħoloq kien jippermetti lill-hacker jaqra l-messaġġi ta’ min kien fil-mira tiegħu.  Huwa maħsub li fost dawk li spiċċaw fil-mira ta’ dan l-attakk kien hemm ġurnalisti, avukati u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Bank of England esprima l-intenzjoni li jfakkar lil Alan Turing fuq il-karta tal-£50, wara li l-awtoritajiet ta’ żmienu għaddewh minn martirju għax kien omosesswali. Turing kien matematiku viżjonarju, u s-servizz…

Barranin

F’Napli, f’bajja fiż-żona ta’ Varcaturo, minn imkien tfaċċa l-maltemp bi tromba tal-arja spiċċat għamlet ħerba sħiħa. Dawk li kienu qed jirrilassaw u jgawdu l-baħar kellhom jippakkjaw u jitilqu jiġru mill-bajja…

Barranin

Meta kien fadal inqas minn siegħa qabel l-India jtella’ l-vettura spazzjali, il-pajjiż issospenda t-tieni missjoni lejn il-qamar. L-aġenzija spazjali Indjana qalet li t-tluq tal-vettura tħassar minħabba problemi tekniċi. Żiedet tgħid…

Barranin

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo kkonfermat l-ewwel każ ta’ Ebola fil-belt ta’ Goma fil-Lvant tal-pajjiż, fejn jgħixu aktar minn miljun ruħ. Il-Minsitru tas-Saħħa kkonferma li l-pastor irriżulta pożittiv għall-virus f’ċentru f’Goma wara…

Aktar