Lokali
Il-barranin f’Malta jistgħu jivvotaw fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija indirizzat lil dawk il-persuni residenti f’Malta li mhumiex Maltin iżda huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u li jixtiequ jivvutaw f’Malta għall-kandidati li se joħorġu għall-elezzjoni f’Malta.

Persuni li għandhom karta ta’ residenza valida maħruġa mill-aġenzija Identity Malta u li kienu oriġinarjament għażlu li ma jivvutawx f’Malta (jiġifieri jivvutaw fil-pajjiz tagħhom) jistgħu jsiru votanti rreġistrati jekk jimlew applikazzjoni apposta li trid titwassal fl-Uffiċċju Elettorali sal-31 ta’ Marzu, 2019. Din il-formola tinkiseb mill-Uffiċċju Elettorali (il-Belt Valletta jew ir-Rabat, Għawdex) mill-website tal-Kummissjoni Elettorali https://electoral.gov.mt/Media/Default/Documents/DOWNLOADS/ApplicationForms/MEPForm.pdf, mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali u mill-għases tal-pulizija.

Persuni li m’għandhomx karta ta’ residenza valida maħruġa mill-aġenzija Identity Malta għandhom japplikaw fid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza, Aġenzija Identity Malta, Evans Building, il-Belt Valletta. Dan irid isir sal-31 ta’ Marzu, 2019 u għandhom jassiguraw li bil-firma tagħhom jagħżlu li se jivvutaw f’Malta u fl-istess ħin ikunu qed jintrabtu li jivvutaw f’Malta u li ma jivvutawx fil-pajjiż tagħhom għal din l-elezzjoni.

Fi stqarrija separata, il-Kummissjoni Elettorali qalet li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għall-għadd tal-voti fl-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali li se jsiru is-Sibt, 25 ta’ Mejju, 2019.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti (ex-Trade Fair Grounds) fin-Naxxar min-nhar it-Tnejn 18 sal-Ġimgħa 22 ta’ Frar bejn it-3.00 pm u t-8.00 pm u nhar is-Sibt 23 ta’ Frar bejn it-8.00 am u s-1.00 pm.

L-applikanti għandhom jippreżentaw il-karta tal-identità. Persuni Għawdxin jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet, li huma dawk biss aċċettabbli, jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar fl-istess ġranet u ħinijiet jew mill-website tal-Kummissjoni Elettorali https://electoral.gov.mt/elections/applicationformsEN

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar