Lokali
Min-nhar it-Tnejn jibdew jingħataw ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa

Sal-ġimgħa d-dieħla, aktar minn mitejn elf ħaddiema se jingħataw bejniethom aktar minn €11-il miljun bħala rifużjoni tat-taxxa li tingħata wkoll lill-ħaddiema li d-dħul tagħhom mhux taxxabbli. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, qal li f’sentejn il-Gvern se jkun radd lura lill-ħaddiema €23 miljun b’din il-miżura li tħabbret fil-budget.

Min-nhar it-Tnejn, kull min is-sena li għaddiet kien jaħdem se jirċievi ċekk mill-Gvern ta’ bejn €40 u €68. Dan iċ-ċekk se jitqassam għat-tieni sena konsekuttiva bħala parti minn miżura tal-budget li minnha se jibbenefikaw aktar minn 207,000 ħaddiem.

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, qal li din l-għotja tista’ tingħata għax il-finanzi tal-Gvern qegħdin fis-sod. Spjega li l-ħaddiema li għandhom dħul ta’ inqas minn €15,000 fis-sena, se jingħataw l-akbar ammont ta’ €68. Dawn jinkludu ħaddiema b’xogħol fuq bażi part-time u anke ħaddiema li d-dħul tagħhom mhux taxxabbli. Il-Ministru Scicluna qal li b’din l-għotja flimkien mal-kumpens tal-għoli tal-ħajja, il-ħaddiema se jkunu qed jirċievu sa €3.64 fil-ġimgħa. Ħaddiema li jaqilgħu iktar minn €60,000 fis-sena, mhux se jibbenefikaw minn din l-għotja.

”Bħalma għamilna f’kull miżura oħra, jiġifieri għandna l-prova per eżempju taż-żieda fil-pensjonijiet. Għandek kull miżura li tkun mirquma b’dan il-mod u jkollha dan l-effett, b’hekk imbagħad jirnexxielek twaqqa’ l-faqar, mhux li taqtgħu għal kollox imma li twaqqgħu l-faqar u dak il-Gvern irid jagħti rendikont tiegħu.”

Il-Professur Scicluna qal li din il-miżura se tiswa lill-Gvern €11-miljun u nofs. B’hekk, f’sentejn il-Gvern se jkun qassam lil ħaddiema għotjiet li jlaħħqu €23 miljun. Qal li min ma jirċevix iċ-ċekk u jħoss li hu ntitolat għalih, jista’ jċempel fuq in-numru 153.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Lokali

Residenti li spiċċaw b’parti mid-dar tagħhom imwaqqa’ fi G’Mangia, qalu li TVM li saħansitra spiċċaw jorqdu barra minħabba l-biża’ li xi ħadd seta’ jispiċċaw jidħol u jisraqilhom oġġetti ta’ valur…

Saħħa

Daqshekk pastizzi, pizez, burgers u ċerti xarbiet mill-kafeteriji, ħwienet u magni fl-Isptar Mater Dei f’inizjattiva li biha qed jintbagħat messaġġ favur ikel u xorb tajjeb għas-saħħa. TVM jista’ jikkonferma li…

Kultura

F’Ta’ Qali qed issir fiera iddedikata għall-kaċċa b’aspetti mill-wirja jelenkaw aspetti mill-mod kif qed tkun ipprattikata l-kaċċa f’Malta u lil hinn minn xtutna. It-tradizzjoni tal-kaċċa spiss tqanqal reazzjonijiet kuntrastanti iżda…

Aktar