Eurovision
Min se jkanta llejla fl-ewwel semifinali tal-Eurovision?

17-il pajjiż se jitilgħu uq il-palk tal-Expo f’Tel Aviv biex ikantaw fl-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest 2019.

Is-serata se tinfetaħ mir-rebbieħa tas-sena li għaddiet Netta Barzilai li se tkun qed tkanta arranġament tal-kanzunetta Toy li biha rebħet l-edizzjoni tal-Eurovision tas-sena li għaddiet.

Il-pajjiżi parteċipanti fl-ewwel semifinali huma dawn:

  1. Ċipru – Tamta with Replay
  2. Montenegro – D mol bil-kanzunetta Heaven
  3. Finlandja – Darude feat. Sebastian Rejman bil-kanzunetta Look Away
  4. Polonja – Tulia bil-kanzunetta Fire of Love (Pali się)
  5. Slovenja – Zala Kralj & Gašper Šantl bil-kanzunetta Sebi
  6. Repubblika Ċeka – Lake Malawi bil-kanzunetta Friend Of A Friend
  7. Ungerija – Joci Pápa bil-kanzunetta Az Én Apám
  8. Belarus – ZENA bil-kanzunetta Like It
  9. Serbja – Nevene Božović bil-kanzunetta Kruna
  10. Belġju – Eliot bil-kanzunetta Wake Up
  11. Ġeorġia – Oto Nemsadze bil-kanzunetta Keep On Going
  12. Awstralja – Kate Miller-Heidke bil-kanzunetta Zero Gravity
  13. Iżlanda – Hatari bil-kanzunetta Hatrið mun sigra
  14. Estonja – Victor Crone bil-kanzunetta Storm
  15. Portugall – Conan Osiris bil-kanzunetta Telemóveis
  16. Greċja – Katerine Duska bil-kanzunetta Better Love
  17. San Marino – Serhat bil-kanzunetta Say Na Na Na

Illejla se jivvutaw biss is-17-il pajjiż parteċipant fis-semifinali tal-lejla, kif ukoll il-Franċiżi, l-Ispanjoli u l-Iżraeljani.

Ilbieraħ waqt it-tieni prova bl-ilbies jew kif inhi wkoll magħrufa bħala Jury Show, ivvutaw il-ġurija internazzjonali, għax ir-riżultat tal-lejla huwa determinat minn 50% televoting u 50% mill-ġurija.

Se tieħu sehem ukoll fis-serata tal-lejla r-rebbieħa tal-Eurovision tal-1998 il-kantanta Iżraeljana Dana International li se jkollha kanzunetta waqt l-intervall.

Illejla se jkantaw ukoll il-kantanti ta’ 3 pajjiżi li se jieħdu sehem fil-finali tas-Sibt li ġej li huma Franza, Spanja u Iżrael.

Is-semifinali tal-lejla tibda fid-9pm u se tixxandar dirett fuq TVM u tvm.com.mt.  Michela se tkanta fit-tieni semifinali ta’ nhar il-Ħamis li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel, l-MUMN issospendiet l-azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment tal-Maternità fl-Isptar Mater Dei. Fi tweet id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa qal li l-azzjonijiet ġew sospiżi wara diskussjonijiet li saru…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-membru tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Matthew Pace għandu jirriżenja. Huwa qal dan fi tweġiba għad-domanda tal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-riforma fil-kirjiet. Dr Muscat qal…

Xogħol

Ċifri ta’ Jobsplus juru li f’Mejju kien hemm 1,669 persuna jirreġistraw għax-xogħol. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan ifisser tnaqqis fil-qgħad ta’ 6.8% meta mqabbel ma’ Mejju tas-sena l-oħra. Miċ-ċifri…

Lokali

Mill-1 ta’ Jannar 2020 il-kirjiet residenzjali privati ta’ aktar minn sena jridu jibdew jiġu reġistrati online mal-Awtorità tad-Djar u s-sid ma jistax iżid il-kirja b’aktar minn 5% fis-sena. Min ma…

Aktar