Barranin
Min se jkun mistieden għat-tieġ ta’ Harry u Meghan?

Il-Prinċep Harry u l-għarusa tiegħu Meghan Markle qed jistiednu iktar minn 2,600 membru tal-pubbliku biex jidħlu fil-Kastell ta’ Windsor ħalli jaqsmu magħhom il-jum tat-tieġ tagħhom.

Il-mistednin se jkunu jistgħu jaraw il-wasla tal-għarus u l-għarusa u l-mistednin l-oħra fil-Kappella ta’ San Ġorġ fejn se ssir iċ-ċerimonja fid-19 ta’ Mejju.  Il-pubbliku se jingħata ċ-ċans jara wkoll lill-koppja rjali titlaq mill-kastell bil-karozzella li biha se jduru madwar il-belt ta’ Windsor.

Membri tal-pubbliku mistednin għat-tieġ

Il-koppja rjali talbet biex il-pubbliku mistieden ikun jirrifletti l-isferi differenti tas-soċjetà u etajiet differenti, fosthom tfal tal-iskola u oħrajn minn entitajiet tal-karità, mexxejja żgħażagħ, u bosta oħrajn minn madwar ir-Renju Unit.

Mistednin oħrajn li se jkollhom Harry u Meghan jinkludu r-residenti tal-Kastell ta’ Windsor u l-membri tal-komunità tal-Kappella ta’ San Ġorġ, kif ukoll l-istaff kollu tal-familja rjali u dawk li jaħdmu fl-estate irjali.

Fejn se jsir it-tieġ

It-tieġ se jsir f’nofsinhar, ħin lokali, u se jiġi ċċelebrat mid-Dekan ta’ Windsor Rev David Conner u l-Arċisqof ta’ Canterbury Justin Welby.  Wara ċ-ċerimonja, il-koppja rjali se jkollha r-riċeviment fis-Sala ta’ San Ġorġ fil-Kastell ta’ Windsor u iktar tard riċeviment privat għall-qraba u ħbieb l-iktar stretti li jkun ospitat mill-Prinċep Charles, missier Harry.

Bħalma ġara fil-passat, eluf mistennija jsegwu t-tieġ tal-koppja rjali Harry u Meghan mit-toroq ta’ Londra fejn se jsiru ċ-ċerimonja, minn fejn se tgħaddi l-karozzella u fl-akwati tar-riċeviment, filwaqt li miljuni ta’ telespettaturi minn madwar id-dinja se jkunu qed isegwu t-trażmissjoni diretta minn fuq it-televiżjoni u s-siti soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju ġdid sab li fost dawk li jilbsu l-contact lenses fir-Renju Unit kellhom infenzjoni f’għajnejhom. Riċerkaturi fil-University College London sabu li l-infenzjoni fil-kornea, magħrufa bħala Acanthamoeba keratitis, kważi triplat mill-2011…

Barranin

Raġel ġie arrestat ħdejn il-Buckingham Palace wara li nqabad b’arma fuqu. Siti internazzjonali qed jirrapportaw li r-raġel ta’ 38 sena ġie mwaqqaf għall-ħabta tas-1pm mill-ħaddiema ta’ sigurtà fid-daħla tal-viżitaturi. Fuq…

Ikel

Fl-Iżvizzera, l-elettorat ivvota kontra żewġ proposti għal ikel sostenibbli. L-ewwel riżultati juru li 60% tal-elettorat ivvota kontra dawn il-proposti li kellhom l-għan jsaħħu l-agrikoltura Żvizzera u jippromwovu agrikoltura iktar sostenibbli….

Barranin

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn qal li hu lest jappoġġja referendum ieħor dwar l-Unjoni Ewropea jekk il-membri tal-partit tiegħu jkunu jridu. Qal li għalkemm hu jippreferi elezzjoni ġenerali, ikun…

Aktar