Eurovision
Min ser ikun ir-rebbieħ tal-MJESC 2020?

Illum fis-18:15 fuq TVM ser ikunu qiegħed jintwera programm bil-kanzunetti li għaddew għall-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.  F’dan il-programm ser naraw 12-il kanzunetta li ġew interpretati live quddiem ġurija magħmula minn tliet persuni.

Ir-recording ta’ dan il-programm sar mingħajr udjenza fit-teatru ta’ Spazju Kreattiv.  Qabel kull kanzunetta Dorian Cassar u Amber ser ikunu qed ilaqqgħuna ftit ma dawn il-kantanti żgħar biex insiru nafuhom aħjar.

Ir-rebbieħ ser ikun qed jiġi mħabbar wara s-26 ta’ Settembru hekk kif ikun għalaq it-televoting.  Din is-sena l-voti kienu maqsuma 50% ġurija u 50% televoting.