Divertiment
Min ser ikun qed jippreżenta l-Festival Mużika Mużika?

Fuq intervista esklussiva waqt Illum ma’ Steph fuq Television Malta, Stephanie Spiteri iltaqgħat mal-preżentaturi tal-festival Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija organizzat minn Festivals Malta.

Il-preżentaturi huma Keith Demicoli, Lara Azzopardi, Sarah-Lee Zammit u Claire Agius Ordway, personaġġi li żgur ma għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni.

Erba’ personalitajiet li ħa jżommukom fuq ix-xwiek matul dawn it-tliet serati tant mistennijja fix-xena mużikali lokali. Festivals Malta għandhom imħejji spettaklu kbir ta’ mużika li jiċċelebra mhux biss it-talent Malti imma anke ilsienna.

Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija ser ikun qed jixxandar live fuq TVM nhar it-18, 19 u 20 ta’ Marzu 2021 fid-9:00 ta’ filgħaxija.

Żuru l-paġni uffiċjali tal-festival għal aġġornamenti kontinwi fuq l-andament ta’ dan il-festival, li wara ħafna snin qed jirritorna b’mod grandjuż.

Sit: www.muzikamuzika.org

Facebook: www.facebook.com/muzikamuzika.mt

Instagram: www.instagram.com/muzika_muzika.mt