Kunsilli Lokali
Min tela’ f’Birżebbuġa, Ħal Tarxien, l-Iklin, Santa Venera, Iż-Żurrieq, Għajnsielem u x-Xewkija?

Birżebbuġa

Il-Partit Laburista tella’ 7 kunsilliera minn 9 f’Birżebbuġa.

Għall-Partit Laburista telgħu Joseph Farrugia, Scott Camilleri, Josette Busuttil, Sandro Alexander Caruana, Maria Mifsud, Stivala Carlo u Joseph Baldacchino. F’isem il-Partit Nazzjonalista telgħu Doriana Portelli u Stanley Zammit.

Joseph Farrugia ġie elett sindku.

Ħal Tarxien

Joseph Abela elett sindku ta’ Ħal Tarxien. Il-PL tella’ 5 kunsilliera: Joseph Abela, Thomas Debattista, Christian Pace u Darlene Vella Zammit. Ismael Dalli u Anabelle Marmara telgħu f’isem il-PN.

L-Iklin

Dorian Sciberras ġie elett sindku f’isem il-PN. Il-PN tella’ lil Yvonne Bartolo, Dorian Sciberras u Emanuel Zammit. Il-PL tella’ Godwin Catania u Bernice Farrugia.

Santa Venera

Stephen Sultana f’isem il-PL ġie elett sindku. Il-PL tella’ 4 membri tal-Kunsill: Kursten Dimech, Gianluca Falzon, Sephen Sultana u Silvio Vella. Għall-PN telgħu Darren Carabott, Courtney Farrugia u Joe Vella.

Iż-Żurrieq

Rita Grima ġiet eletta sindku taż-Żurrieq. Il-PL tella’ 7 membri tal-Kunsill: Marisa D’Amato, Joseph Damato, Ignatius Farrugia, Kenneth Farrugia, Tiffany Farrugia, Rita Grima, Kaydem Schembri. Kayle Mifsud u Dino Bonnici tela’ f’isem il-PN.

Għajnsielem

Il-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista li ħarġu f’Għajnsielem ġew eletti b’Kevin Cauchi elett sindku. Flimkien miegħu għall-PN telgħu Franco Ciangura, Stephen Mercieca u Teddy Saliba. Larry Buttigieg tela’ għall-Partit Laburista.

Ix-Xewkija

Hubert Saliba huwa s-Sindku tax-Xewkija. Il-PL tella’ 4 membri fil-Kunsill: Paul Azzopardi, Hubert Saliba, John Vella u Domenic Zerafa. Jeanelle Attard telgħet f’isem il-PN.

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Kronaka

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta. L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu…

Aktar