X

Minflok il-bram sabu stilla tal-baħar

Persuni li llum marru jgawdu l-aħħar jiem tal-baħar f’Għar Lapsi ferħu li sabu baħar nadif ħieles mill-bram.

Minflok din il-kreatura li tqanqal ħafna biża’ minħabba t-tingiża tagħha, għawwiema sabu stilla tal-baħar. Għall-kuntrarju tal-bram, din il-ħlejqa tal-baħar mhix daqstant komuni fix-xtajtiet fejn jinżlu l-għawwiema.

Is-sena li għaddiet studjużi skoprew f’ibħra Maltin speċi ta’ stilla tal-baħar bi 11-il driegħ. L-iktar speċi komuni ta’ din il-ħlejqa f’Malta hija dik b’ħames dirgħajn.