Kurżitajiet
Mingħalih sejjer jiekol għall-kwiet…

L-eks goaler tar-Real Madrid, Iker Casillas kien mingħalih ser jiekol ikla għall-kwiet f’ristorant f’Porto meta f’daqqa u l-ħin gawwi bil-ġuħ ħassarlu l-gost kollu.

F’ritratt li l-goaler tella’ fuq il-profil tiegħu fuq instagram qabad il-mument eżatt li l-għasfur ħalliel interropielu l-ikla.

B’ċajta, Casillas kiteb li xi ħadd se jkollu jħallas għall-inbid u ma kienx se jkun hu.

Iker Casillas bħalissa jilgħab mat-tim ta’ Porto.