Barranin
Mingħalihom salvaw kelb…

Ħaddiema Estonjani ħadmu flimkien biex salvaw kelb minn xmara ffriżata iżda ħadu qatgħa meta ntebħu x’għamlu b’idejhom.

L-annimal sab ruħu f’diffikultà fi xmara ffrizata meta għadd ta’ ħaddiema qalbhom tajba ddeċidew li jgħinuh.

Iżda, ladarba l-ħaddiema salvawh u daħħluħ fil-karozza tagħhom, intebħu li dak li salvaw ma kienx kelb iżda lupu.

Dan ikkonfermah il-veterinarju li dewwa l-lupu. Huwa qal li l-lupu tant kien bla saħħa li kien mans.

L-irġiel qalu li l-lupu geżwruh f’kutra u raqad fuqhom sakemm ħaduh għall-kura.

Malli ġie f’tiegħu, il-lupu reġa’ ġie rrilaxxat fis-selvaġġ.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

X’se jsemmuha lit-tarbija l-Prinċep Harry u martu Meghan?  L-ex attriċi tinsab lejn l-aħħar tat-tqala u l-kumpaniji tal-imħatri bħalissa għaddejjin b’furur dwar l-isem, is-sess, il-piż, id-data u l-post fejn se titwieled…

Barranin

Michel Temer, ex president tal-Brażil ġie arrestat f’Sao Paulo wara investigazzjoni biex tinkixef il-korruzzjoni. Temer ġie maħtur president f’Awwissu tal-2016 wara l-mozzjoni għat-tkeċċija ta’ Dilma Rousseff. F’postu ġie maħtur Jair…

Barranin

Il-katavri fuq il-muntanja Everest mhumiex xi ħaġa ġdida, tant li numru ta’ katavri saru bħal monumenti, u għal żmien twil intużaw biex min jitla’ l-muntanja jkun jaf fejn wasal. Fl-aħħar…

Barranin

Il-kumpanija tal-ħwejjeġ NEXT qalet li jekk Brexit jibqa’ mingħajr l-ebda ftehim, il-ħwejjeġ li tipproduċi jafu jorħsu. NEXT qalet li jaf tiffranka £15m b’tariffi orħos u bis-saħħa t’hekk, jispiċċa jgawdi wkoll il-konsumatur…

Aktar