Lokali
Mini u Griż flimkien fuq Serataron!

Din il-ġimgħa se tidħqu żgur!

Flimkien ma’ Ron u Jacqui Losco se jingħaqdu l-kantanta Physillienne Brincat, l-attur Carlos Farrugia u l-kummidjant u l-ħabib kbir ta’ Ron, Toni Busuttil!

U din id-darba mistgħaġbin kemm se jkun hemm mistednin speċjali, min se jkanta u min se jipprova jieħu post Jacqui. U tgħid veru li se jitfaċċa Fonzu l-Fenek? Carlos se jirrakkonta x’ġara darba f’wieħed mid-drammi tal-passjoni filwaqt li Toni se jaqsam magħna x’kien ġralu meta kien qiegħed jagħmel il-parti tad-dama għal ewwel darba fil-pantomima!

Il-makkjetta ta’ Marielè u Steve Delia d-Delli ma tonqosx! Atmosfera ta’ briju u ferħ grazzi għar-Ronnies u l-logħob li hemm preparat fosthom “Storja Li Ma Tinkitibx!”.

Serataron, l-għażla naturali l-Ġimgħa filgħaxija fuq TVM fl-20.50