Politika
Ministri ma jistgħux jużaw fondi pubbliċi għal paġna personali fuq Facebook

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler, ikkonkluda li huwa abbuż jekk ministru juża riżorsi pubbliċi biex jamministra l-paġna personali tiegħu fuq Facebook.

Wara li kkunsidra lment tal-Membru Parlamentari Karol Aquilina, li sar f’Mejju li għadda kontra l-Ministru Konrad Mizzi, Dr Hyzler ikkonkluda li jkun abbuż ukoll jekk jintużaw fondi pubbliċi jew jitqabbdu impjegati tal-Gvern biex jagħmlu dan ix-xogħol.

Il-Kummissarju sab li l-paġna ta’ Facebook li dwarha sar l-ilment kienet paġna personali ta’ Konrad Mizzi, minkejja li kien fiha l-kliem li kienet tindika li hija paġna uffiċjali tal-Ministeru tat-Turiżmu.

Huwa qal li ġaladarba din kienet il-paġna personali ta’ Konrad Mizzi kellu kull dritt jinkludi fiha kontenut partiġġjan. Dr Hyzler waqt li laqa’ l-ilment ta’ Dr Aquilina ma rrakkomanda ebda miżuri minħabba li Konrad Mizzi rriżenja minn Ministru.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei, u oħrajn il-policlinic ta’ Ħal Kirkop, wara li għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, seħħet ħabta bejn ħames karozzi f’Ħal Luqa. Karozza tat-tip Ford Escort…

Politika

L-eks Chief of Staff Keith Schembri ssejjaħ fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija llum waranofsinhar, b’rabta mal-investigazzjoni fl-impjieg finta ta’ Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Theuma xehed fil-Qorti li kien…

Edukazzjoni

Il-Malta Union of Teachers fakkret il-mitt sena mit-twaqqif tagħha permezz ta’ monument ġdid fil-Mall tal-Floriana. Il-monument juri tifla bil-qiegħda taqra ktieb. Warajha bieb miftuħ li jissimbolozzia l-kunċett ta’ moħħ li…

Politika

Wara x-xhieda ta’ Melvin Theuma fil-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa, fl-aħħar sigħat il-Pulizija kellmet diversi uffiċjali fl-investigazzjoni tagħha dwar l-impjieg finta tal-istess Theuma. Sorsi li tkellmu ma’ Television Malta qalu…

Aktar