Saħħa
Ministri tas-Saħħa Ewropej jiltaqgħu f’Malta biex itejbu l-aċċess għall-mediċini

Grupp ta’ 10 pajjiżi, fosthom Malta, qed jipparteċipaw fil-Valletta Declaration bil-għan li jassiguraw aċċess aħjar għal mediċini u trattamenti ġodda għall-pazjenti, inizjattiva li bdiet waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.

Fost il-proposti fuq l-aġenda tal-laqgħa: li l-pajjiżi Ewropej jaqsmu aktar tagħrif bejniethom dwar ix-xiri ta’ mediċini ġodda u l-iżvilupp ta’ antibijotiċi ġodda.

Għar-raba’ darba f’sentejn, Ministri tas-Saħħa u rappreżentanti fil-qasam tas-saħħa minn 10 pajjiżi Ewropej, qed jiltaqgħu f’Malta biex ikomplu jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-Valletta Declaration. Huma qed jiddiskutu ftehim biex il-pajjiżi jixtru flimkien mediċini ġodda, fosthom tal-kanċer, bi prezzijiet aktar vantaġġjużi.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, spjega li fil-preżent l-industrija tal-farmaċewtika tinnegozja l-prezzijiet ta’ mediċini ġodda mal-pajjiżi individwalment. Qal li dan qed iwassal biex il-pajjiżi jħallsu prezzijiet differenti għall-istess mediċina/

“Waqt li l-industrija jkollha l-informazzjoni kollha, in-naħa tagħna ma jkollniex informazzjoni bejn pajjiż u ieħor, u allura qed niftehmu li nibdew nafdaw iktar lil xulxin u nagħtu iktar informazzjoni bejnietna, biex meta mmorru ninnegozjaw, ninnegozjaw minn pożizzjoni ta’ saħħa,” qal il-Ministru Fearne.

Inizjattiva oħra li Dr Fearne qal jittama li jintlaħaq qbil dwarha hi dwar l-antijbiotiċi ġodda.

Nafu li llum mad-dinja kollha hawn problema ta’ mikrobi ġodda li qed joħorġu u għad m’hawnx antibijotiċi għalihom u hemmhekk nistgħu nikkoperaw mal-industrija, nidħlu iktar fir-riskju tar-riċerka mal-industrija u mbagħad nieħdu aktar benefiċċji meta joħorġu mediċini ġodda fis-suq.

Mistoqsi minn Television Malta jekk għandux fiduċja li jintlaħaq ftehim dwar dawn il-proposti, Dr Fearne qal li d-diskussjonijiet, li ilhom għaddejjin sentejn, diġà ħallew il-frott għax qal li bdew negozjati mal-industrija fuq għadd ta’ mediċini ġodda.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar