Attività
Ministri u deputati jidħlu għal logħba ballun – min rebaħ?

Taħt xemx tiżreġ, deputati mil-grupp parlamentari Laburista u dak Nazzjonalista sfidaw lil xulxin f’logħba futbol b’risq Puttinu Cares.

Il-tim tal-Partit Laburista bi flokkijiet suwed, kien l-ewwel li fetaħ l-iskor sakemm il-partita ntemmet b’rebħa ta’ 3 b’wieħed għat-tim tad-deputati Laburisti.

Il-goals ġew skurjati mid-deputati Silvio Schembri, Alex Muscat u Aaron Farrugia għall-grupp Parlamentari Laburista u David Agius għall-grupp parlamentari Nazzjonalista.

Għarqanin xraba wara l-partita u mbaxktin bix-xemx, f’kummenti lil TVM, deputati miż-żewġ naħat tal-kamra wrew spirtu sportiv.

Id-Deputat Aaron Farrugia qal “Kienet logħba importanti għalina għaliex erġajna ltaqjna fuq iż-żewġ naħat tal-kamra, kienet logħba akkanita u urejna t-talenti tagħna barra l-kamra. Ħadt pjaċir u kienet ukoll xi ħaġa li minnha għall-Puttinu missjoni li nappoġġjaw iż-żewġ naħat tal-kamra u bħala membri parlamentari wkoll.”

Id-Deputat Ryan Callus qal “naħseb din hija opportunità tajba għax ħafna drabi l-parlament jarawna nissieltu kontra xulxin ġieli jiena kontra Aaron u oħrajn, imma hawnhekk jarawna f’atmosfera differenti u naħseb dan huwa messaġġ sabiex li qed nibgħatu llum biex il-poplu jingħaqad u jagħti donazzjoni għall-puttinu li jagħmel ħafna ġid.”

Il-Viċi President ta’ Puttinu Cares, Angel Cuschieri qalet li l-atmosfera waqt il-maratona hija waħda festiva fejn kulħadd huwa magħqud f’solidarjetà għall-pazjenti li jsiefru għall-kura fl-Ingilterra.

“Peress li Puttinu fetaħ għall-pazjenti li m’għandhomx biss cancer, fetaħ idejh għal kulħadd, hemm ħafna pazjenti li qed imorru fiċ-ċentru ta’ Londra u għalhekk l-għan tagħna hu li bħalma għamilna f’Sutton għandna l-appartamenti li qed nofruhom b’xejn għal kulħadd issa mmorru fiċ-ċentru ta’ Londra nagħmlu binja ta’ 30 appartament u nkunu nistgħu naqdu n-nies li qed imorru fiċ-ċentru ta’ Londra u naqduhom b’xejn ukoll.”

Żiedet tgħid li kull xahar jitilgħu bejn 60 u 90 pazjent Malti għall-kura fl-Ingilterra u jsibu spalla anke minn Puttinu. Il-PBS ta l-appoġġ tiegħu fil-maratona billi l-istazzjonijiet TVM u TVM 2 xandru għal ħin twil il-maratona.

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli. Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx…

Lokali

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol,…

Sajd

Ċifri għall-2017 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-industrija tat-tonn f’Malta ipproduċiet 13,000 tunnellata ta’ tonn, b’valur ta’ kważi €170 miljun li 90% minnu ġie esportat lejn il-Ġappun. Il-Federazzjoni Maltija…

Ambjent

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw mozzjonijiet kontrastanti dwar l-emerġenza fil-klima bil-mozzjoni tal-Gvern temenda dik tal-Oppożizzjoni li trid li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jkollu s-setgħa jaħtar superintendent biex jiżġura li Malta tilħaq…

Aktar