Ministru Iżraeljan jirriżenja fuq allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali

Il-Ministru tal-Intern Iżraeljan Silvan Shalom irriżenja wara sensiela ta’ allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali.

Shalom irriżenja wkoll mill-kariga ta’ deputat Prim Ministru u qal li qed jagħmel dan biex il-familja tiegħu ma tibqax tbati.

L-Avukat Ġenerali ordna investigazzjoni fl-allegazzjonijiet li saru kontra Shalom minn diversi nisa.

Shalom caħad l-allegazzjonijiet.