Lokali
Minkejja l-isfidi ta’ xitwa qalila l-patata Maltija ġġib prezz ogħla mis-soltu

Mil-lum il-bdiewa li jkabbru l-patata bdew iħejju l-għelieqi tagħhom wara li fl-aħħar jiem għamlu l-kalkoli tat-telf li kellhom fl-aħħar sena minħabba r-riħ qawwi u s-silġ li niżel fil-grigalata ta’ tmiem Frar li għadda.

Fil-Jum iddedikat lill-patata, wieħed mill-esportaturi ta’ dan il-prodott agrikolu qalilna li l-maltemp naqsilhom il-profitt b’madwar 25% iżda b’mod ġenerali ma marrux ħażin minħabba li l-patata ġabet prezz ogħla mis-soltu.

Sitt xhur mill-grigalata qawwija, il-bdiewa li jkabbru l-patata għamlu l-kontijiet tal-effett li l-maltempata kellha fuq il-produzzjoni tal-patata.

Waqt li sibnih jaħrat l-għalqa fil-limiti tal-Qrendi, Michael Caruana li jkabbar u jesoprta l-patata qalilna li ras għal ras, jistma li t-telf kien ta’ madwar 25%.

Michael Caruana qal “dawk il-25% ma kienux telf mill-gross imma kienu telf mill-profitt tagħna, jiġifieri aħna qtajna l-ispejjeż, fadlilna l-qligħ tagħna, imma suppost dawk il-25% li tlifna kienu kollha qligħ dawk jiġifieri mmaġinaw kemm tlifna flus għax l-ispejjeż kienu l-istess imma d-dħul kien inqas”

Minkejja dan, Michael Caruana qalilna b’mod ġenerali din is-sena ma marrux daqstant ħażin. “Din is-sena tajjeb ngħid li min-naħa l-oħra kien hemm il-prezz tal-patata li ma kienx daqshekk ħażin anzi kien tajjeb imma nikkumparah ma’ snin oħra ngħid li kienet it-triq tan-nofs għax dik in-naqra prezz li ħadna iktar tlifnih bil-maltemp”.

F’dan iż-żmien tas-sena bdiewa li jispeċjalizzaw fit-tkabbir tal-patata jibdew jippreparaw il-ħamrija billi jaqilgħu fejn tkun iebsa u ta’ taħt ittellgħu fuq bit-tama li tipproduċi aktar mis-sena preċedenti, jdemmluha u minn Ottubru sa Diċembru jsir ż-żriegħ b’patata żgħira ħafna. Tul l-aħħar tliet xhur tas-sena, jsiru l-kuntratti għall-esportazzjoni tal-patata b’mod speċjali lejn l-Olanda.

U qabel ħallejna lil Michael ikompli jaħdem l-għalqa, fakkarnieh li llum hu magħruf bħala ‘Jum il-Patata’ b’patata żgħira fil-forma ta’ qalb.

Michael Caruana qal “il-patata u kwalunkwe prodott ieħor ifhimni min ikun bidwi ħa jgħożżu u jieħu ħsiebu, issa jien sintendi ħa ngħid hekk iffissat fuq it-tkabbir tal-patata u ngħożż dan ix-xogħol daqs kemm ngħożż il-familjari u l-eqreb nies tiegħi jiġifieri”.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ nisa, li waslu Malta b’dgħajsa ma’ immigranti oħra s-sena l-oħra, spiċċaw il-ħabs minflok il-Ġermanja. Fil-Qorti, l-avukat tagħhom Martin Fenech, spjega li huma użaw dokumenti foloz biex ikunu jistgħu jibdew…

Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar