Qorti
Minkejja li nstab ħati li tajjar tifel t’10 snin titnaqqaslu l-piena għax qasamlu għall-għarrieda

Tork li tajjar it-tifel Libjan ta’ 10 snin f’inċident li seħħ f’Pembroke 3 snin ilu ra s-sentenza ta’ ħabs li ngħata s-sena l-0ħra tinbidel f’sentenza sospiża.

Dan wara li appella mis-sentenza u l-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera biddlet is-sentenza ta’ 32 xahar ħabs għal sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin.

L-Imħallef ikkonfermat li Fatih Pancar huwa responsabbli kriminalment mill-qtil involontarju ta’ Rodwan Aghil li tilef ħajtu waqt li kien qed jaqsam Triq Sant’Andrija f’Pembroke.

Infatti, l-Qorti tal-Appell ikkonfermat parti mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati li t-Tork jibqa’ għal erba’ snin bla liċenzja tas-sewqan.  Rigward il-konfiska tal-vettura li kien qed isuq Pancar meta seħħ l-inċident, il-Qorti biddlet id-deċiżjoni wara l-istqarrija li għamel il-Kummissarju tal-Pulizija li saru t-testijiet forensiċi kollha fuq il-vettura tal-għamla Peugeot ħamra.

L-Imħallef Scerri Herrera rrimarkat li għandhom jiġu ntrodotti xi tip ta’ multi fil-konfront ta’ dawk li jkunu mexjin mit-triq, għax bħax-xufiera, għandu jkollhom l-obbligi tagħhom u ma jaqbdux u jaqsmu kif ġieb u laħaq mit-triq.

Fis-sentenza oriġinali, il-Qorti kienet innutat li Pancar kien qed isuq b’negliġenza u kien qed juża l-karozza bħala arma letali, iżda żiedet li wasal iż-żmien li tidħol fis-seħħ liġi li tippenalizza aġir ħażin ta’ min ikun miexi fit-triq.

Għax-xufier dehru l-avukati Kris Busietta, Jason Azzopardi u Julian Farrugia.

Ara wkoll:

Il-ġenituri tat-tifel li nqatel b’daqqa ta’ karozza saru jafu bil-każ 3 sigħat wara

FILMAT: Imut it-tifel ta’ 10 snin li ttajjar f’Pembroke

It-Tork li tajjar it-tifel ta’ 10 snin akkużat bi qtil involontarju

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilbieraħ filgħaxija l-GRTU qalet li xi membri tagħha li ssieħbu fi ftehim esklussiv ta’ franchising mal-Enemed ġew mhedda minn uffiċjali tal-kumpanija li jekk jieħdu sehem fl-azzjonijiet ikun hemm riperkussjonijiet fuqhom….

Lokali

Il-President Marie Louise Coleiro Preca bdiet żjara statali fit-Turkija. Akkumpanjata mill-Ministri Carmelo Abela, Chris Cardona, Konrad Mizzi, Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius, il-President qed tmexxi delegazzjoni tan-negozju magħmula…

Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Aktar