Partit Nazzjonalista
Minkejja li rreżista r-riformi l-Gvern kellu jimplimenta t-tibdil li qaltlu l-Kummissjoni Venezja -Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minkejja li rreżista r-riformi l-Gvern kellu jimplimenta t-tibdil li qaltlu l-Kummissjoni Venezja.

Waqt li kien qed jindirizza attività politika fiż-Żurrieq illejla, il-Kap Nazzjonalista qal li dan sar wara pressjoni qawwija mill-Oppożizzjoni.  Qal li t-tibdiliet implimentati skont kif mitlub mill-Kummissjoni Venezja huma simili għar-riformi li l-Partit Nazzjonalista ilu xhur jgħid lill-Gvern iwettaq.

Dr Delia qal li l-Oppożizzjoni ilha tikkritika lir-rwol doppju tal-Avukat Ġenerali, li fi kliem il-Kap Nazzjonalista kien qed joħloq kunflitt ta’ interess għaliex waqt li huwa l-Avukat tal-Gvern, fl-istess ħin huwa jrid jiddeċiedi jekk jiħux passi kontra membri tal-Gvern.

Il-Kap Nazzjonalista qal li jeħtieġ jiddaħħlu miżuri konkreti għat-tisħiħ tad-demokrazija u tibdiliet li jassiguraw l-indipendenza tal-istituzzjonijiet biex iservu liċ-ċittadini. Qal li l-Gvern ħataf l-istituzzjonijiet taħt idejh u qed jaħdem bla pjan għal bosta setturi bħas-saħħa, it-trasport, l-infrastruttura u l-ambjent.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar