COVID-19
Minkejja t-twissijiet il-venda ta’ Buġibba dalgħodu kienet imballata nies

Fis-06:00 ta’ dalgħodu ttieħed dan ir-ritratt li juri l-ammont kbir ta’ nies fil-venda ta’ Buġibba jistennew biex jużaw it-trasport pubbliku.

Minkejja t-talba tal-gvern u tas-Supretendent għas-Saħħa pubblika, jidher li xi wħud għadhom qed jagħmlu ta’ rashom u joqgħodu fil-folol.

Qed isir appell lil min għadu ma ngħatax il-possibbiltà li jaħdem mid-dar, biex juża trasport alternattiv biex titwaqqaf l-imxija tal-virus.

Il-Professur Gauci llum appellat mill-ġdid lil min iħaddem biex jipprovdi metodi alternattivi għall-ħaddiema biex jaħdmu mid-dar fid-dawl tal-pandemija.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, waqgħet’ f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imtarfa. tvm.com.mt huwa nfurmat li l-inċident seħħ ftit wara s-7 a.m. Fuq il-post marru s-servizzi tal-emerġenza. Għadha mhix magħrufa…

Immigrazzjoni

It-68 immigrant salvati lbieraħ mill-vapur tal-għaqda Sea-Eye f’żona ta’ tfittix u salvataġġ Libjana mhux se jitħallew jiżbarkaw Malta. Kelliem għall-Gvern qal lil TVM r-responsabbiltà għal dawn l-immigranti għandha tinġarr mill-pajjiż…

COVID-19

F’dan iż-żmien fejn kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni riżultat tal-pandemija Covid-19, il-Maltin mhux biss qed juru solidarjetà ma’ xulxin iżda saħansitra ma’ persuni li ma jafux li jinsabu mal-ħamest elef kilometru…

Aktar