Lokali
Minn 3 snin ħabs għal probation wara li l-mara rtirat l-akkużi ta’ stupru

Raġel ta’ 35 sena Omar Pisani kellu s-sentenza tiegħu ta’ ħabs mibdula fi probation fil-Qorti tal-Appell wara li l-mara li kien akkużat li stupra irtirat l-akkużi u l-Qorti ddikjarat li r-raġel ma żammiex kontra l-volonta tagħha.

Il-każ seħħ fix-Xgħajra f’April tal-2012, b’Pisani jiġi mixli li stupra lill-mara fil-karozza tiegħu. Hija għamlet ir-rapport erbat’ijiem wara. Fl-2015 Pisani kien intbagħat tliet snin u ħames xhur ħabs fuq il-każ.

Il-Qorti tal-Appell qieset mill-qrib ix-xhieda fil-każ u kkonkludiet li l-mara ma nżammitx mill-akkużat kontra l-volonta tagħha u għalkemm kellha ċ-ċans li toħroġ mill-karozza, hija baqgħet fiha. Madankollu, il-Qorti qieset li r-raġel kiser id-diċenza pubblika u għalhekk poġġietu taħt probation ta’ tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Mara ta’ 47 sena mill-Fgura fittxet għad-danni lill-Kunsill Lokali tal-Fgura talli ġarrbet diżabilità permamenti meta waqgħet hija u miexja minn fuq il-bankina fil-lokalità fejn tgħix. Il-każ imur lura 8 snin,…

Qorti

Il-Forzi Armati ta’ Malta spiċċat rid tħallas għall-karozza mikrija wara li din ġarrbet ħsarat estensivi waqt sessjoni taħriġ f’każ li jmur lura għaxar snin. L-ewwel Qorti kienet iddeċidiet favur il-Forzi…

Qorti

Il-Qorti ddikjarat li d-drittijiet ta’ raġel akkużat bi traffikar ta’ droga nkissru wara li l-każ spiċċa jkaxkar sitt snin. Fl-2012, Agius kien imressaq b’akkuża bi traffikar u pusses tal-eroina, li…

Pulizija

Il-Police Officers Union u l-Malta Police Association iffirmaw l-ewwel ftehim settorjali ġdid għall-Korp tal-Pulizija. Il-ftehim settorjali għal ħames snin li ġejjin qed jitqies bħala wieħed storiku hekk kif sar b’konsultazzjoni sħiħa mal-Unions. Dan il-ftehim ser jara…

Aktar