Barranin
Minn dal-lejl persuni minn pajjiżi fil-lista oranġjo li huma mlaqqma jistgħu jmorru r-Renju Unit bla kwarantina

Persuni mlaqqma biż-żewġ dożi tal-vaċċin fl-Istati Uniti jew f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea daqshekk huma mitluba li jagħmlu kwarantina meta jidħlu fir-Renju Unit, meta jkunu ġejjin minn pajjiż fuq l-amber list.

Il-bidla daħlet fis-seħħ matul il-lejl li għadda.

Il-Gvern Ingliż qal li din il-bidla, li tħabbret il-ġimgħa li għaddiet, se tgħin biex familji u ħbieb jerġgħu jiltaqgħu ma’ oħrajn li kienu jgħixu barra.

Il-linji tal-ajru wkoll laqgħu din il-bidla, iżda appellaw sabiex iktar pajjiżi jiżdiedu mal-lista l-ħadra tar-Renju Unit. Dawk li jivvjaġġaw xorta waħda se jkollhombżonn jagħmlu swab test qabel il-vjaġġ, u ieħor jumejn wara l-wasla tagħhom.