Lokali
Minn fejn bdiet it-tradizzjoni tal-għana Malti?

Il-melodija dejjem akkumpanjat lill-bniedem, u kull pajjiż nistgħu ngħidu li għandu l-mużika tradizzjonali tiegħu. Ma jonqosx li Malta jkollha tagħha wkoll. Minbarra l-għana, maż-żmenijiet Malta kellha wkoll mużika li rriflettiet ix-xejriet mużikali tal-epoka li għaddiet minnha.

L-għana Malti fid-diversi forom tiegħu aktarx ukoll li dan l-istil ta’ kant daħal fostna minn drawwiet imħaddna fi żmien is-slaten Spanjoli u r-rabta li l-gżejjer Maltin kellhom ma’ Sqallija. L-istudjuż tal-Folklor Ġużè Cassar Pullicino sab li l-ewwel għana tmur lura għas-sena 1792 fl-aħħar snin tal-Kavallieri f’Malta. Fil-bidu tas-seklu l-ieħor kienet diplomatika Ġermaniża – Bertha Ilg, li għexet Malta għal xi żmien, li ġabret u kitbet aktar minn 200 għanja popolari f’dak iż-żmien.

Il-mużiċista u riċerkatur Andrew Alamango jgħid li fl-ewwel 30 sena tas-seklu l-ieħor, sab ħafna ġeneri ta’ mużika. Fosthom l-għana, daqq ta’ mandolini, orkestri, mużika sagra u mużika popolari ta’ kompożituri Maltin.

Andrew Alamango qal li “l-għana hija importanti għalina u tibqa’ importanti għax primarjament hija tradizzjoni lingwistika. L-għana hija l-kelma, dik it-taqbila, dik ir-rima ottosillabika. Hija l-isfond tal-lingwa tagħna u hija mibnija fuq dik ir-rima tipika għalina u għall-pajjizi tal-Mediterran.”

Charles Coleiro, midħla tal-folkor u t-tradizzjonijiet Maltin, jgħid li din l-espressjoni mużikali Maltija għandha tibqa’ ħajja.

Charles Coleiro qal li “nixtieq narah iktar jiddaħħal fl-Imnarja għax ma jistax jinbela minn programm ta’ varjetà.  Nixtieq li l-għana jkollu rokna speċjali u prominenti. Għandna żgħażagħ qed jgħannu u għadu attiv ħafna fil-ħwienet fl-irħula.”

L-għannejja Maltin għadhom jitfakkru sal-lum, tant li Ħaż-Żebbug sellem lil wieħed mill-għannejja primi tiegħu – Manwel Cilia. Huwa miet 51 sena ilu iżda l-ħila tiegħu fl-għana għadha magħrufa sal-lum. L-għana tieghu kienu fost dawk li b’xorti tajba ma ntilfux u nġabru minn Andrew Alamango fir-riċerka tiegħu tal-mużika Maltija rrekordjata fis-snin 30 tas-seklu l-ieħor.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Luke, huwa l-ewwel Malti li laħaq l-ewwel miljun abonat (subscriber) fuq YouTube. Skont l-aħħar statistika li ħarġet f’Jannar kull minuta jitilgħu 300 filmat fuq YouTube u kuljum in-nies jaraw mal-5…

Knisja Maltija

Sorpriża għad-Dinglin mal-ħruġ tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija. L-abbatini qattgħu l-btajjel tas-sajf jaħdmu fuq l-ewwel infjorata fuq iż-żuntier tal-Knisja Arċipritali, li minn fuqu għaddew ir-reffiegħa. Il-grupp tal-abbatini ta’ Ħad-Dingli sellem…

Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-ġurnali tal-lum, it-Tnejn, 20 ta’ Awwissu TIMES OF MALTA Times of Malta fir-raport ewlieni tiegħu jikkwota sorsi qrib il-Gvern li qalu li Malta qatt mhi…

Mużika

Malta ma kklassifikatx mal-ewwel sitta fil-Eurovision Young Musicians madankollu hija serqet il-qlub tal-Maltin. Bernice Sammut Attard daqqet il-pjanu f’Edinburgh nhar is-Sibt li għadda. Fil-Eurovision Young Musicians ħadu sehem 18-il pajjiż….

Aktar