Kurżitajiet
Minn fejn ġejja l-kelma ċisk?

Il-kelma ċisk hija sinonima mal-birra ikonika Maltija iżda għandha għeruq ħafna aktar antiki li jmorru lura għall-1840, meta twaqqaf l-ewwel bank privat f’Malta.

Giuseppe Scicluna kien negozjant li waqqaf dan l-ewwel bank privat fil-pajjiż u fl-1929, kien ha f’idejh l-operat ta’ wieħed mill-klijenti tiegħu li kien ingħata liċenzja biex jimmanifattura l-birer tat-tip Pilsner u Munchener, fil-kumpanija li saret magħrufa bħala The Malta Export Brewery.

Iżda l-kelma ċisk eżattament minn fejn nibtet? In-norma dak iż-żmien għall-popolin u n-negozjanti medji kienet li jaħbu l-flus li kienu jaħdmu għalihom jew f’xi kaxxa tar-ram, taħt is-sodda jew f’boroż tal-ġilda fi ħwejjiġhom. Iżda, dawn bdew jitħajjru jżommu flushom f’kont kurrenti fil-bank ta’ Scicluna u maż-żmien ukoll daħlet fosthom is-sistema taċ-ċekkijiet. Id-depożituri, li ftit kienu jafu jaqraw u jiktbu, kienu jsibuha bi tqila biex jgħidu l-kelma ‘cheque’ u minflok kienu jsejħulha ‘cisk’, b’Giuseppe Scicluna nnifsu jsir magħruf ukoll bħala ‘iċ-ċisk’.

Din is-sena, iċ-Cisk Lager qed tiċċelebra d-90 sena tagħha bħala l-birra ewlenija Maltija li għamlet isem mhux biss fostna l-Maltin iżda anke barra minn xtutna.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar