Kurżitajiet
Minn fejn ġiet it-tradizzjoni tal-Befana?

Fis-sitta ta’ Jannar tiġi ċċelebrata l-festa tal-Epifanija, li tfakkar meta l-Maġi żaru lil Ġesù u ppreżentawlu r-rigali ta’ deheb, inċens u mirra. F’diversi pajjiżi fl-Ewropa llum hi festa pubblika, b’ħafna minnhom għandhom tradizzjonijiet varji ta’ kif jiċċelebraw dan il-jum.

Fl-Italja, it-tfal jistennew bil-ħerqa l-lejl ta’ bejn il-5 u s-6 ta’ Jannar. Dan għaliex skont it-tradizzjoni dakinhar il-mara xiħa, magħrufa bħala La Befana, żżur id-djar taghha biex tħallilhom rigali jew ħelu jekk ikunu ġabu ruħhom sew matul is-sena ta’ qabel, jew faħam jekk ikunu qagħdu mqarbin. Bi tħejjija għall-wasla tal-Befana, it-tfal ikantaw diversi taqbiliet.

Iżda minn fejn nibtet din it-tradizzjoni tal-Befana fl-Italja? Tkellimna ma’ Anna Porcheddu, eks lecturer fl-Università ta’ Malta u li llum torganizza attivitajiet fl-Istituto Italiano di Cultura, li spjegat l-oriġini ta’ din it-tradizzjoni.

“There is a nice legend going with it, which is that Befana was the old lady that the three kings met on their way to go and actually see baby Jesus. So what happened was they asked her to help them and to go with them, and she thought Gosh it’s very far away, it’s too long so no I’m not going with them. So eventually she said no I’m not coming, and then she really regretted it. So as soon as they left she decided to prepare a basket with some fruit so that she could try to follow them and give a little present to the children she was going to meet, hoping to meet baby Jesus. That is what happens, children look forward to receive something from Befana, but they have to be good boys and good girls.”

Anna Porcheddu spjegat li bid-differenza ta’ Santa Klaws, fejn it-tfal iridu jiktbulu ittra biex jiġi fil-lejl tal-Milied, għall-wasla tal-Befana kulma jridu jagħmlu hu li jdendlu l-kalzetta biex il-Befana tkun tista’ tqegħed il-ħelu fiha.

F’għadd ta’ pajjiżi Ewropej nhar l-Epifanija hi festa pubblika. Fi Spanja tingħata importanza lit-tliet Maġi, Melchior, Gaspar u Balthazar. Eluf ta’ tfal bil-familji tagħhom ħonqu t-toroq ta’ Madrid u bliet oħra fejn il-Ħadd filgħaxija saret il-parata annwali tat-Tliet Maġi. Minbarra t-tliet Maġi, fil-parata kien hemm karrijiet b’nies lebsin kostumi kuluriti u minn fuqhom bdew iwaddbu l-ħelu u gugarelli lit-tfal. Matul il-lejl bejn il-5 u s-6 ta’ Jannar, it-tfal Spanjoli jistennew bil-ħerqa li t-tliet Maġi jħallulhom xi rigali d-dar.

Fil-Kapitali tar-Repubblika Ċeka, Praga, issir il-purċissjoni tat-tliet Maġi lebsin ħwejjeġ rikki u rekbin fuq l-iġmla. Din il-purċissjoni ssir biex jinġabru flus għall-familji fil-bżonn fir-Repubblika Ċeka. II-purċissjoni tibda minn Charles Bridge u tintemm fil-pjazza tal-Belt il-Qadima ta’ Praga.

Waqt l-Anġelus il-Papa Franġisku qal li l-Maġi li marru mill-bogħod iżuru lil Ġesù esperjenzaw lil Ġesù f’ħajjithom. Sostna li kull esperjenza ta’ laqgħa ma’ Ġesù twassal lil dak li jkun li jaqbad triq li tagħti l-ħajja, u hu għalhekk li l-Maġi biddlu t-triq u ma marrux għand Erodi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa nstab każ wieħed biss ta’ coronavirus minn fost 981 swab test. Persuna waħda ġiet iddikjarati li rkuprat mill-virus u b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-Covid-19 f’Malta…

Qorti

L-Avukat Arthur Azzopardi qal li kien Vince Muscat ‘il-koħħu’ li qal lill-Pulizija li Melvin Theuma kien l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u li l-ex Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar kien…

Politika

Daniel Micallef se jkun qed jikkontesta l-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Daniel Micallef qal li aktar tard illum se jissottometti n-nomina tiegħu għal din…

Kronaka

John Paul Woods tressaq il-Qorti u ġie mixli bil-qtil ta’ Charlene Farrugia li 12-il sena ilu kienet irrapportata nieqsa. Hu ġie milxi wkoll li ħeba l-katavru. Huwa wieġeb mhux ħati…

Aktar