Lokali
Minn fejn l-aħjar tara d-dmugħ ta’ San Lawrenz

Il-lejl tal-10 t’Awwissu huwa sinonimu għad-dmugħ ta’ San Lawrenz għax matulu kull sena fis-sema jseħħ fenomenu astronomiku uniku mill-istilel u l-metjoriti.

Dan il-jum għandu sinifikat reliġjuż tal-martirju ta’ San Lawrenz, fejn jingħad li d-dmugħ tiegħu waqt li kien qed jinħaraq ħaj għadhom jitfakkru mill-istilel li joħolqu spettaklu magħruf bħala Perseid li oriġina mill-kometa Swift-Tuttle.

Dan l-avveniment iseħħ meta d-dinja tgħaddi mill-passaġġ ta’ debris li tħalli warajha l-kometa meta tkun qed iddur madwar ix-xemx.  Il-frak li tħalli l-kometa jinġibdu mill-gravità tad-dinja tagħna u meta jidħlu fl-atmosfera bħal donnu jaqgħu b’veloċità kbira.

Is-sħana li jikkawża dan il-fenomenu jwassal biex bħal donnu tara lill-istilel jiddu iktar fis-sema u bħal donnu jħallu marka warajhom.  Għalkemm normalment dan iseħħ fil-lejl bejn l-10 u l-11 t’Awwissu, din is-sena l-aħjar li tarah matul il-lejl tat-12 u t-13 t’Awwissu.

L-Għaqda Maltija tal-Astronomija se torganizza attività għal min jixtieq joqgħod josserva dan l-ispettaklu fis-smewwiet bejn it-12 u t-13 t’Awwissu fid-Dwejra, Għawdex, wara l-10pm, fejn hemm l-iktar sema skur fil-gżejjer Maltin.

Fuq il-post se jintramaw it-teleskopji għal min irid jara aħjar dan il-fenomenu naturali.  Minħabba li se jkun qamar ġdid, din is-sena se jkun aħjar biex wieħed jara d-dmugħ ta’ San Lawrenz mis-snin ta’ qabel.

B’kollaborazzjoni mal-Istitut tax-Xjenzi Spazjali u l-Astronomija fi ħdan l-Università ta’ Malta u l-Malta Amateur Radio League dan l-ispettaklu se jixxandar dirett minn antenna li se titwaqqaf f’Birkirkara.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tela’ s-siparju fuq it-tlettax-il edizzjoni tal-festival tal-letteratura li din is-sena qed ilaqqa’ ħdax-il awtur minn disa’ pajjiżi, fosthom Malta. Fost it-temi li qed ikunu diskussi hemm is-saħħa mentali u l-midja…

Kronaka

Ma weġġgħux persuni f’nirien qawwija tkebbsu f’razzett li jinsab fi Triq Ħad Dingli r-Rabat. Il-pulizija kkonfermat li r-razzett ħa n-nar għall-ħabta tal-11pm u kellu ħsarat estensivi. Kien hemm ukoll żewġ…

Gazzetti

Nagħtu ħarsa lejn l-ewwel paġna tal-ġurnali illum l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu. Times of Malta Ritratt ewlieni fl-ewwel paġna li juri dimostranta żomm kartelluna li tikkommemora l-]amsin anniversarju minn meta kien…

Aktar