Budget
Minn għada – €300 fis-sena lill-anzjani li jgħixu fi djarhom u bonus lil min m’għandux pensjoni

Tmienja u għoxrin elf u sitt mitt anzjan u anzjana li għalqu l-75 sena għada se jirċievu għotja ta’ €300. Din il-miżura li issa ilha ftit tas-snin fis-seħħ hi maħsuba li tgħin b’għotja annwali lill-anzjani li għadhom jgħixu f’darhom. Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali qal li din il-miżura se tiswa lill-gvern tmien miljuni u ħames mitt elf Ewro.

Is-Sibt ukoll se jitħallas bonus lil dawk il-persuni li ħallsu l-bolol iżda m’għandhomx pensjoni. Il-bonus kien introdott ħames snin ilu u din is-sena żdied b’€50. Minn din l-għotja se jibbenefikaw ħdax-il elf u sitt mitt persuna b’nefqa totali ta’ kważi tliet miljuni.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

F’dawn il-jumejn f’Malta qed titlaqqa’ l-konferenza internazzjonali tal-Avjazzjoni msejħa CAPA, li qed tiddiskuti l-isfidi li hemm fis-settur tal-avjazzjoni. Għal din il-konferenza qed jattendu madwar 100 delegat minn madwar id-dinja, fosthom…

Politika

Wara dak żvelat fil-Qorti dwar l-impjieg ta’ Melvin Theuma bħala messaġġier u xufier f’kumpanija tal-gvern, li minnu ħa tliet xhur paga mingħajr qatt ma mar għax-xogħol, il-pulizija fetħet investigazzjoni fuq…

Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qal li Andrew Borg Cardona kien żvija lil uffiċjali tal-Parlament meta jumeujn ilu daħal ma’ grupp ta’ nies fil-gallarija tal-Kamra minflok mar fil-kamra tal-Oppożizzjoni. Dan…

Aktar