COVID-19
Minn għada jiftħu żewġ hubs oħra għall-ittestjar tal-Covid-19

Minn għada se jibdew joperaw żewġ hubs oħrajn għall-iswabbing tal-Covid-19 f’Pembroke u fix-Xewkija.

Dan tħabbar mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru, li fi stqarrija qal li ż-żewġ hubs se jkunu qed jiżdiedu mal-hub eżistenti li hemm f’Ħal Farruġ. B’hekk ikunu jistgħu jsiru aktar testijiet, jiġu identifikati aktar persuni pożittivi li jiġu iżolati mill-ewwel, u b’hekk jitnaqqas it-tixrid tal-Covid-19.

Il-hub il-ġdid f’Malta se jkun fil-Luxol Grounds f’Pembroke, u bħall-hub ta’ Ħal Farruġ, dan se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sat-20.00.

Il-hub il-ġdid fit-terminal tal-helipad, fix-Xewkija Għawdex, se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sas-14.00.

Dawk kollha li għandhom xi sintomi huma mħeġġa jċemplu 111 u mhux imorru minn jeddhom fil-hub, għax dawn ma jaċċettawx persuni mingħajr appuntament. Importanti wkoll li persuna ma tużax trasport pubbliku, taxi jew timxi biex tmur fil-hub.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

It-tmien vittma tal-Coronavirus f’Malta huwa raġel ta’ 56 sena li kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-vittma kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, irriżulta pożittiv…

Lokali

Kontroversja oħra li qamet fuq il-mezzi soċjali b’rabta mal-Knisja tal-Mosta hija d-daqq li sar mill-Knisja. Filmat li nxtered fuq il-mezzi soċjali u li sar minn MYNT jidher DJ A/P idoqq…

Ambjent

Il-Koalizzjoni Spazji Miftuħa wriet is-sodisfazzjon tagħha wara laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia dwar il-kwistjoni tal-aċċess pubbliku għall-Aħrax u l-Miżieb. Spazji Miftuħa kienet irrapreżentata minn Wayne…

Aktar