Lokali
Minn għada l-pompi mhux se jħallu s-servizz awtomatiku

Wara laqgħa li kellhom illejla s-sidien tal-pompi tal-petrol msieħba fil-GRTU, ftehmu li minn għada mhux se jħallu s-servizz tal-fuel bl-automatic.

Dan ifisser li s-sevizz mill-pompi se jkun sas-sitta ta’ filgħaxija, sakemm jagħlqu l-pompi. Huma ltaqgħu biex jiddeċiedu x’azzjonijiet jistghu jieħdu wara li baqa’ ma intlahaqx ftehim mal-Gvern dwar iż-żidiet fil-qliegħ fuq il-fuel.

Is-Segretarju tat-Taqsima Pompi tal-Petrol tal-GRTU, James Meli qal lil TVM li zieda li nghataw fl-2011 biex jimmodernizzaw il-pompi mhix bizzejjed, waqt li sostna li zieda fl-ghadd ta’ pompi fil-pajjiz taghmel s-sitwazzjoni taghhom iktar difficli.

Mill-banda l-ohra l-Ministru għall-Enerġija, Joe Mizzi qal li l-gvern offra zieda lil tal-pompi izda ma jridx li jkun hemm zieda li ikollha tingarr mill-konsumaturi.

Ara wkoll:

Ebda kompromess bejn il-Gvern u l-GRTU dwar il-kwistoni tal-pompi tal-petrol

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mal-faċċata ta’ waħda mill-binjiet tal-Isptar Mater Dei, dalgħodu niżlu għadd ta’ super eroj. Dawn kienu membri tal-grupp tal-Iscouts tal-Mosta f’inizjattiva sorpriża għat-tfal li fil-btajjel tal-Għid jinsabu rikoverati l-isptar. Spiderman, Superman,…

Enerġija

Fl-aħħar sebà snin tqassmu kważi €50 miljun minn fondi Ewropej, biex familji investew f’panelli fotovoltajċi. F’diversi skemi li saru, ġew stallati kważi 20,000 sistema ta’ pannelli. Bejniethom, is-sena li għaddiet…

Politika

Il-mexxej tal-Partit Demokratiku, Dr. Godfrey Farrugia, iddeċieda li joħroġ għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Meta ħabbar it-tliet kandidati tiegħu, il-PD kien indika li dawn in-nomini kienu finali, u li ma kinux se…

Kronaka

Qed issir tfittxija għal Mary Muscat li ġiet irrappurtata nieqsa fit-18 t’April 2019 għall-ħabta tat-15:00. Hija dehret l-aħħar nhar is-17 t’April 2019 għall-ħabta tal-23:35. Mary Muscat tbati bid-Dimenzja. Kull min…

Aktar