COVID-19
Mil-lum obbligatorju l-ilbies tal-maskra anke fit-toroq

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ, il-Prim Ministru qal li se jittieħdu miżuri biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19 f’Malta u Għawdex. Fost dawn, mil-lum is-Sibt l-ilbies mandatorju tal-maskra kullimkien, fuq il-post tax-xogħol u anke fit-toroq.

Id-Deputat Prim Ministru qal li kullimkien iridu jintlibsu l-maskri ħlief għal xi eċċezzjonijiet bħalma huma fil-karozza privata tal-persuna jew fid-dar.

Min jinqabad mingħajr maskra jista’ jlaqqat multa ta’ €50 li jaf titla’ għal €100 jekk ma titħallasx dak il-ħin.

Se tingħata ġimgħa sabiex tindara qabel jibdew jingħataw il-multi.
Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li hemm eċċezzjonijiet għall-maskra: fosthom tfal taħt it-3 snin, dawk b’kundizzjonijiet mediċi. Wieħed jista’ jneħħi l-maskra f’ċerti sitwazzjonijiet: –
  • f’karozza privata iżda rakkomandazzjoni li tintlibes jekk jirkeb xi ħadd li mhux parti mill-familja;
  • f’attivitajiet fiżiċi iżda l-maskra għandha tintlibes dritt wara;
  • nies dipendenti fuq il-lip reading biex kulħadd ikun jista’ jikkomunika;
  • f’sitwazzjonijiet ta’ public speaking waqt li tinżamm id-distanza;
  • f’sitwazzjoni ta’ identifikazzjoni bħalma huma banek jew ajruport iżda terġa’ tintlibes dritt wara;
  • waqt trattament fil-wiċċ;
  • waqt l-ikel iżda jekk se tqum minn mal-mejda trid terġa’ tintlibes.
Maskra hija obbligatorja għall-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji b’hekk dawn l-istudenti jridu jilbsuha f’kull ħin.
Segwi l-konferenza kollha hawn:
https://www.facebook.com/TelevisionMalta/videos/386573639011943