Lokali
AĠĠORNAT: Minn għada se jogħlew il-petrol u d-diesel

Minn għada se jogħla l-prezz tal-petrol u d-diesel b’5 ċenteżmi, wara sena ta’ prezzijiet stabbli.

Fi stqarrija l-Enemed qalet li l-prezzijiet il-ġodda jirriflettu bidla fil-prezz internazzjonali taż-żejt.

Il-prezz tal-Petrol magħruf bħala E-Unleaded se jogħla minn €1.36-il litru għal €1.41-il litru.

Il-prezz tad-Diesel magħruf bħala E-Diesel se jogħla minn €1.23-il litru għal €1.28-il litru.

Il-prezz tal-Petrol Super magħruf bħala E-Power Petrol se jitla’ minn €1.51-il litru għal €1.56-il litru, waqt li l-prezz tad-Diesel Super magħruf bħala E-Power Diesel, se jitla’ minn €1.33-il litru għal €1.38-il litru.

Il-Gvern qal fi stqarrija li minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, il-prezzijiet f’Malta huma orħos mill-Ewropa bi 3 ċenteżmi l-petrol u 5 ċentezmi d-diesel.

Il-Gvern spjega li l-prezz internazzjonali taż-żejt minn € 47-il barmil fil-bidu tas-sena tela għal €57-il barmil. Żied jgħid li mindu nbidel il-Gvern fl-2013, il-prezz tal-petrol u d-diesel naqas b’10ċ u bi 12ċ rispettivament. Fl-istqarrija ngħad li l-Gvern hu impenjat li jkompli jaħdem għal stabbilità fil-prezzijiet favur il-konsumaturi Maltin u Għawdxin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Rappreżentanti tal-PN ħawlu 55 siġra f’Wied Għollieqa immaniġġjat mill-għaqda Nature Trust, fl-okkażjoni tal-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza. Is-siġar li tħawlu huma tal-ħarrub, taż-żebbuġ, taż-żnuber, tal-alaternu, tar-rihan, ta’ klin u taċ-ċipress. Il-Kap…

Festi

Fid-dawl tal-każ tal-Kappillan Deo Debono li qed jiġi implikat fis-serqa ta’ arti sagra, is-sagristan tal-parroċċa kkonferma ma’ TVM li l-festi esterni ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta tħassru. Ikkuntattjat minn TVM,…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jemmen li l-Ewroparalamentari Nazzjonalisti ser jimxu mad-direzzjoni tal-partit u jivvutaw favur in-nomina ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew fl-aqwa interess tal-pajjiż. Intervistat ilbieraħ filgħaxija fid-Dar…

Aktar