Saħħa
Minn għada ser tibda tingħata t-tilqima kontra l-influwenza

Minn għada ser tibda tingħata t-tilqima kontra l-influwenza. Kull min għandu ‘l fuq minn 55 sena, huwa vulnerabbli u tfal sa 5 snin jistgħu jmorru jieħdu l-vaċċin. Il-vaċċin ser ikun qiegħed jingħata mill-Bereġ u miċ-Ċentri tas-Saħħa, u ser tkun qiegħda tingħata mingħajr ħlas.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin jinkoraġixxu l-pubbliku biex jieħu t-tilqima, biex jiġi evitat ir-riskju tal-influwenza fix-xitwa.

Intant l-Union tal-infermiera u l-qwiebel qalet li l-membri tagħha ser ikunu qegħdin joservaw l-azzjonijiet industrijali u mhux ser ikunu qegħdin jamminstraw il-vaċċin fl-ebda ħin.

Il-President tal-MUMN Paul Pace qal li nhar it-Tnejn ser ikun qiegħed jiltaqa’ mad-Deputat Prim Minsitru u Ministru tas-saħħa Chris Fearne biex tiġi riżolti l-kwistjonijiet li l-MUMN ilha snin titkellem dwarhom.