Propjetà
Tiftaħ l-iskema t’għajnuna fil-ħlas tad-depożitu għax-xiri tal-ewwel dar

Il-Gvern nieda l-iskema tal-Home Deposit biex jgħin persuni taħt l-40 sena jiksbu self mill-banek biex ikunu sidien ta’ darhom. B’din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar se tagħmel tajjeb għall-ħlas tad-depożitu sa €17,500 bħala self mingħajr imgħax biex ikunu jistgħu jingħataw self mill-banek li jrid jitħallas fuq medda ta’ 25 sena.

L-Awtorità tad-Djar se tibda tilqa’ applikazzjonijiet għall-iskema tal-Home Deposit maħsuba għal persuni bejn il-21 u d-39 sena li jridu jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. B’din l-iskema, l-Awtorità se tagħmel tajjeb għad-depożitu, sa €17,500, li hu meħtieġ biex il-banek jisilfu flus għax-xiri tal-propjetà. Dan l-ammont irid jitħallas lura f’25 sena, bl-Awtorità se tagħmel tajjeb għall-imgħaxijiet fuqu. L-iskema se titħaddem mal-Bank of Valletta u l-APS bank.

Waqt li elenka d-dettalji tal-iskema, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li hemm skontijiet għal min iħallas dan is-self f’10 snin. Qal li l-iskema għandha allokazzjoni ta’ €3 miljun li minnhom se jibbenefikaw madwar 300 applikant li jistgħu jkunu individwi jew koppji.

“Dawn huma ovvjament prezzijiet riċerkati mal-banek u anki nafu li bil-prezz ta’ €175,000, persuna tista’ tixtri appartament komdu sal-lum anki bil-prezzijiet tal-proprjetà,” qal il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes.

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, qal li skemi bħal dawn juru li l-banek lokali għandhom kuxjenza soċjali. Żied li dan qed isir ukoll fil-kuntest li l-pajjiż jixtieq li aktar nies isiru sidien ta’ darhom għax huwa wkoll investiment għalihom.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar