Toroq
Minn għada tingħalaq it-triq minn Ħal Luqa lejn l-ajruport

Minn għada se tkun qed tingħalaq Triq l-Avjazzjoni, fil-karreġġjati li jagħtu lejn in-nofsinhar (Ritratt: fuq).

Din l-arterja, li twassal mir-roundabout ewlenija ta’ Ħal Luqa lejn ir-roundabout tal-ajruport, se tkun qed tingħalaq biex jitħaffru l-mini taħt ir-roundabout tal-Gudja.

Infrastructure Malta qalet li r-rotta alternattiva se tkun minn Triq il-Gudja, biswit iċ-ċimiterju (Ritratt: isfel).