Lokali
Minn għada tista’ tapplika għat-2 edizzjoni ta’ Mużika Mużika

Festivals Malta nediet it-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Wara r-ritorn tal-festival kanzunetta Maltija permezz tal-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika, festival li attira iżjed minn 320,000 telespettatur fuq medda ta’ tlett iljieli, Festivals Malta ħabbret id-dati tat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika li se jsir fl-24, fil-25 u fis-26 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla. L-applikazzjonijiet jibdew jintlaqgħu minn għada fuq is-sit ta’ Mużika Mużika u jibqgħu miftuħa sal-15 ta’ Ottubru li ġej.

Il-Ministru għall-Arti José Herrera faħħar is-suċċess tal-festival li qal għalkemm ittella’ fi żmien diffiċli, xorta waħda rnexxielu jilħaq standard ta’ produzzjoni għolja.

Ic-Chairman ta’ Mużika Mużika, Raymond Bugeja, qal li s-semifinalisti u numru ta’ artisti emerġenti se jkunu jistgħu jesebixxu t-talenti tagħhom fuq programm televisiv fuq TVM, li se jiddokumenta l-avventura tagħhom waqt il-preparamenti għall-festival.